IL-MAGNETIC RESONANCE IMAGING UNIT SE JITWASSAL FL-ISPTAR SAN LUQA NHAR IL-HAMIS, 2 TA' MARZU 2000
IL-MAGNETIC RESONANCE IMAGING UNIT SE JITWASSAL FL-ISPTAR SAN LUQA NHAR IL-HAMIS, 2 TA' MARZU 2000
Nhar il-Hamis, 2 ta' Marzu 2000, ser tigi transferita il-Magnetic Resonance Imaging Unit (MRI) mill-Port il-Kbir ghall-isptar San Luqa. Din l-operazzjoni qed issir f'hidma ko-ordinata mad-Divizjoni tas-Sahha, il-Pulizija u J.F. Spiteri Co. Ltd, il-kuntratturi f'isem General Electric li rebhu il-kuntratt tal-kiri ta' l-apparat lill-Isptar San Luqa.
L-MRI Unit ser ikun f'mobile unit apposta sabiex meta jinfetah l-isptar f'tal-Qroqq, l-apparat jkun jista' jigi trasferit minghajr problemi ta' xejn. Fl-istess waqt gew iffrankati l-ispejjez kapitali li kienu jintefqu biex l-apparat jigi installat f'kamra specjali fl-Isptar San Luqa.
Il-Unit huwa twil 20 metru u jizen 'l fuq minn 40 tunellata. Dan il-unit ser jghaddi mit-toroq tal-Marsa, Blata l-Bajda, Hamrun u G'Mangia. Il-Pulizija ser tikkordina il-hidma biex jigi kontrollat it-traffiku matul it-toroq.
Il-pjazza ta' quddiem l-Isptar San Luqa ser tkun miftuha ghat-traffiku, izda mhux ser ikun possibli li jsir ipparkjar ta' vetturi fiha matul il-jum kollu tal-Hamis, 2 ta' Marzu 2000.
Peress li ghal xi hin wara nofsinhar anki l-entratura principali ta' l-Isptar San Luqa ser tkun maghluqa, kull min ikun irid jidhol fl-Isptar San Luqa jrid joqghod ghad-direzzjoni u l-istruzzjonijiet tal-Pulizija u ta' l-ufficjali tas-sigurt'� tad-Divizzjoni tas-Sahha.
Dawn l-arrangamenti mhu ser jaffettwaw bl-ebda mod is-servizzi ta' l-isptar. Il-pubbliku huwa mitlub li jikkopera billi jaghmel uzu mit-trasport pubbliku, u jaghmel uzu limitat ta' vetturi privati matul il-jum kollu, specjalment wara nofsinhar.
Id-Divizjoni tas-Sahha tiskuza ruhha ghal kull inkovenjent li jista' jinholoq .
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN