IFFIRMAT IL-KUNTRATT GHAD-DISINJAR U L-BINI TA' L-ISPTAR IL-GDID
IFFIRMAT IL-KUNTRATT GHAD-DISINJAR U L-BINI TA' L-ISPTAR IL-GDID
L-investiment tal-Gvern fil-progett ta' l-isptar il-gdid ser ikun ta' Lm83 miljun. Dan ser iwassal biex ikollna sptar denn tal-poplu Malti u tal-professjonisti li jahdmu fih.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta dalghodu indirizza konferenza ta' l-ahbarijiet qabel sar l-iffirmar ufficjali tal-kuntratt ghad-disinjar u l-bini ta' l-isptar bejn il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici, f'isem il-Gvern Malti, u l-konsorzju Skanska.
Ic-cifra finali ser tkun ta' Lm17 miljun anqas minn dik li kienet ser tonfoq l-amministrazzjoni precedenti. L-isptar kif pjanat mill-amministrazzjoni precedenti kien ser jiswa' Lm100 miljun.
Wara l-elezzjoni generali ta' l-1996, il-pjanijiet ghall-isptar il-gdid inbidlu radikalment, minghajr vizjoni u minghajr studji serji dwar il-bzonnijiet ta' l-izvilupp tas-settur tas-sahha. Kien gie deciz biss li jinbena sptar ta' bejn 850 u 1,000 sodda. L-isptar issa ser ikollu kapacit'� ta' 850 sodda u mal-ftuh tieghu ser juza 650 sodda. Wara l-bidla fil-gvern fl-1998, il-progett gie ri-evalwat serjament biex jissewwew dawn in-nuqqasijiet. Waqt li nzamm il-kuncett ta' sptar generali, regghu nghataw l-importanza l-kuncetti ta' eccellenza u ricerka.
Louis Deguara qal li hu ppjanat li l-isptar jilqa' l-ewwel pazjenti fis-sena 2003. Biex dan isehh, sostna l-Ministru Deguara, fuq il-progett hemm bzonn ta' hafna haddiema u hu mistenni li sas-sajf li gej ikun hemm madwar 750 ruh fuq is-sit fejn qed jinbena l-isptar. Il-Ministru Deguara spjega li l-kuntratt il-gdid jahseb biex l-isptar ikun mifrux fuq medda ta' art ta' 300,000 metru kwadru u l-isptar ser ikun mibni b'tali mod li jkollu kemm jista' jkun dawl naturali, ghal kuntrarju tad-disinji li halliet l-amministrazzjoni precedenti, fejn il-bini kien ser ikun kollu f'xulxin bir-rizultat li s-swali kienu ser ikunu mdallma. Il-kuntrattur hu marbut li jibni u jattrezza l-isptar fuq standards internazzjonali.
Il-fatt li d-disinjatur ta' l-isptar kif ukoll il-kuntrattur huma l-istess kumpanija, spjega l-Ministru tas-Sahha, ser tkun eliminata l-problema li l-kuntrattur u d-disinjatur jwahhlu f'xulxin f'kaz ta' nuqqasijiet kif jigri ta' spiss fi progetti ta' dan id-daqs.
Matul l-ahhar 14–il xahar, minn meta kien iffirmat il-Memorandum of Understanding mal-kumpanija Skanska, fl-4 ta' Dicembru 1998, ix-xoghol fuq is-sit ta' l-isptar baqa' sejjer u dan kien jinkludi bini ta' sulari godda. Louis Deguara qal li matul l-istess perjodu saru diversi diskussjonijiet mal-professjonisti li jahdmu fis-settur tas-sahha biex ikun assigurat li d-disinji proposti jkunu accettati minn kulhadd. Barra minhekk twaqqfu 57 Commissioning Team multi-dixxiplinarju bl-iskop li jiddiskutu fid-dettal mad-disinjaturi l-istrutturi fizici ta' kull dipartiment u servizz, jaghtu pariri fuq l-apparat mehtieg u jippreparaw operational policies u manuals dettaljati dwar kif ser jahdem kull dipartiment jew servizz. Barra minhekk sejjer jithejja pjan ta' migrazzjoni biex ikun maghruf kif is-servizzi u d-dipartimenti ser ikunu trasferiti mill-Isptar San Luqa ghall-isptar il-gdid. Dan huwa l-mod kif ghandu jsir l-ippjanar sostna l-Ministru tas-Sahha.
Louis Deguara sahaq li l-bini ta' l-isptar il-gdid wahdu mhux ser isolvi l-problemi ezistenti fil-provediment tas-servizzi tas-sahha. Hu ghalhekk li fl-ahhar snin bdew ikunu implimentati diversi riformi biex id-Divizjoni tas-Sahha taghti l-ahjar servizz possibbli bl-izjed modi efficjenti u minghajr hela.
Il-pubbliku ser ikollu l-facilit'� li jara kemm il-pjanti finali, kif ukoll il-mudell ta' l-isptar flimkien ma' video ta' kif ser ikun l-isptar ladarba dan jitlesta, f'esebizzjoni li ser tkun qed iddur mad-diversi centri tas-sahha mifruxa mal-gzejjer Maltin. Hu ppjanat ukoll li fil-futur tkun organizzata open day fejn il-pubbliku jkun jista' jzur is-sit fejn qed jinbena l-isptar il-gdid.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN