STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD
Huwa assolutament inkorrett dak li stqarr id-Deputat Kap tal-Partit Laburista, it-Tabib George Vella, dwar derogazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea. Huwa qal illi qatt ma nghataw derogazzjonijet jew koncessjonijiet fuq il-provvista ta' prodotti agrikoli lil pajjizi membri fl-Unjoni Ewropea.
Fil-fatt, hemm diversi derogazzjonijiet u koncessjonijiet li nghataw mill-Unjoni Ewropea lill-pajjizi membri, jew regjonijiet ta' pajjizi membri, abbazi ta' konsiderazzjoni ta' kondizzjonijiet partikolari. Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit f'risposta ghal dak li qal l-Onorevoli Vella u li gie pubblikat il-bierah.
Wiehed jista' jsemmi listi shah taghhom, izda jkun bizzejjed li nirreferu ghal xi ezempji b'rilevanza ghal pajjizna.
Kemm l-Isvezja kif ukoll il-Finlandja nghataw koncessjonijiet dwar ghajnuniet lill-bdiewa taghhom u dwar il-kontenut inqas ta' xaham fil-halib, zewg affarijiet b'interess partikolari ghal Malta.
Il-Grecja, Spanja u l-Portugall, pajjizi ta' karattru Mediterran bhal taghna, inghataw il-koncessjoni ta' perjodu ta' transizzjoni twil wara l-accessjoni.
Regjunijiet u gzejjer zghar bhall-Gzejjer Azores u l-Madeira, il-French Overseas Departments, il-Gzejjer Canary u l-Gzejjer Aegean inghataw il-koncessjoni ta' l-hekk imsejjha SSM's jigifieri – Special Supply Measures – li permezz taghhom baqghu jgawdu l-kondizzjonijiet ta' xiri ta' certa prodotti agrikoli li kellhom qabel.
Il-Ministru Zammit semma wkoll li Dr Vella qal li l-Gvern mhux qed ighid il-verit'� dwar is-shubija. Il-fatti juru mod iehor ghaliex kien dak li stqarr it-Tabib Vella stess li johrog bic-car li mhux veru.
L-Oppozizzjoni qieghda ssostni l-argumenti taghha dwar l-agrikultura u l-Ewropa fuq nuqqas ta' fatti attwali. Il-Ministru Ninu Zammit fakkar x'ried il-Partit Laburista fil-Gvern, meta kien il-Prim Ministru ta' dakinhar, Dr Alfred Sant stess, li f'intervista li ta lill-gurnal "The Times" tad-29 ta' April 1998, kien iddikjara li "With free trade, we would still have the option of buying what we want from where we want to buy it. Although we wouldn't be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs, our vegetables…".
Dan hu kien stqarru b'kontradizzjoni ma li kien qed jghid li ser jaghmel, jigifieri Zona ta' Kummerc Hieles li ma tinkludix lill-agrikultura. L-Oppozizzjoni taf tajjeb, jew almenu suppost li taf, li bir-regolamenti tal-WTO, li bihom kemm Malta kif ukoll l-UE huma marbutin, dan assolutament ma jistax isir. Taht artiklu XXIV tal-GATT, hemm specifikat illi Free Trade Areas iridu jkopru sostanzjalment "all the trade between the constituent territories". Dan ifisser li biz-zona li ried idahhal il-Gvern ta' Dr Sant, l-agrikultura ma setghetx tigi eskluza mit-trattat u b'hekk il-levies ta' protezzjoni fuq prodotti agrikoli kien ikollhom jitnehhew, minghajr ma li l-bdiewa taghna jgawdu mill-mizuri ta' ghajnuna tal-CAP, il-politika komuni agrikola ta' l-Unjoni Ewropea. Allura, f'dak il-kaz, pajjizna kien ser ikun fgat b'importazzjoni ta' prodotti agrikoli bi prezzijiet baxxi li l-bdiewa u r-rahhala taghna ma jkunux kapaci jikkompetu maghhom, spjega l-Ministru. Ghalhekk, meta l-Prim Ministru ta' dakinhar, Dr Alfred Sant, kien qieghed jipprova jikkonvinci li dan seta jsir, ma kienx qed ikun realistiku.
Il-Gvern prezenti huwa kommess li jipprotegi l-ahjar interessi ta' pajjizna, inkluzi dawk tal-bdiewa u s-sajjieda. It-tnehhija tal-levies, flimkien ma' programmi ta' ghajnuniet ghall-bdiewa taghna, ghandhom iwasslu sabiex il-prezzijiet mhux talli ma jisplodux talli jonqsu. Wiehed ma jistax jifhem kif l-Oppozizzjoni tipprovva tbezza', billi tipprova tikkonvinci lill-poplu li bit-tnehhija tal-levies ser joghlew il-prezzijiet. Il-levies, li l-iskop taghhom huwa li l-prezzijiet ta' prodotti importati jibqghu gholjin, jigu nkorporati fil-prezz ta' l-importazzjoni u jispiccaw jithallsu mill-konsumatur. Ghalhekk huwa car daqs il-kristall li t-tnehhija taghhom tfisser tnaqqis fil-prezzijiet. Dan kien stqarru Dr Alfred Sant innifsu fl-istess intervista li ssemmiet iktar 'il fuq fejn qal "Levy removal would decrease the price of imported products" temm jghid il-Ministru ta' l-Agrikultura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN