Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TA' QUALITY SERVICE CHARTER FIT-TAQSIMA GHALL-KONTROLL TAD-DROGI

PR0239
Date Icon 25/02/2000

TNEDIJA TA' QUALITY SERVICE CHARTER FIT-TAQSIMA GHALL-KONTROLL TAD-DROGI

"Id-Direttorat tieghi qed ikompli jahdem biex titnaqqas il-burokrazija zejda u jonqos it-telf ta` hin kemm ghall-pubbliku, kif ukoll ghall-istaff tat-Taqsima". Dan qalu it-Tabib Malcolm Micallef, id-Direttur tas-Sahha Pubblika, waqt it-tnedija tal-Quality Service Charter tat-Taqsima ghall-Kontroll tad-Drogi. Prezenti ghat-tnedija tad-dsatax-il Quality Service Charter fis-Servizz Pubbliku, kienu l-Ministru tas-Sahha Dr. Louis Deguara u l-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt.

It-Tabib Malcolm Micallef kompla jghid kif it-Taqsima giet imwaqqfa biex tikkontrolla l-uzu tan-narkotici u tas-sustanzi psikotropici kif titlob il-ligi, specifikament fir-Regolamenti ta` l-1985 dwar il-Kontroll tal-Medicini. Fuq talba tat-tabib, dawk il-pazjenti li jkollhom bzonn dan it-tip ta` medicini tinhargilhom control card (maghrufa bhala l-kartuna l-bajda). Fuqha tigi mnizzla informazzjoni dwar ir-ricetta. B'hekk jigi zgurat li ma jsirux abbuzi fl-uzu ta` dawn is-sustanzi. Din it-Taqsima tiehu hsieb il-hrug u t-tigdid ta` dawn il-control cards u b'kollox tohrog madwar elfejn control card fix-xahar.

Fid-diskors tieghu, il-Ministru tas-Sahha, it-Tabib Louis Deguara, qal li t-tnedija ta` dan ic-charterqed isegwi dak tac-Centru tas-Sahha ta` Hal Qormi li sar ftit tal-gimghat ilu. Hu kompla jghid li fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha qed ikunu implimentati diversi riformi biex titjieb l-efficjenza li biha jkun provdut is-servizz u b'hekk il-kljient ikun moqdi ahjar bl-anqas rizorsi possibbli, izda minghajr ma tonqos il-kwalita` tas-servizz. Dan kollu jrid isir qabel il-ftuh ta` l-isptar il-gdid biex is-servizzi provduti minnu ma jkollhomx id-difetti li ghandhom illum.

Il-Ministru Deguara awgura li s-servizzi provduti minn dan ic-centru gdid jilhqu l-aspettativi tal-klijenti u ferah lill-impjegati tad-Dipartiment tas-Sahha Pubblika li flimkien ma' dawk tac-Charter Support Unit fasslu dan ic-charter.

Biex itejjeb dejjem aktar is-servizz li taghti lill-klijenti taghha, din it-Taqsima issa ghandha post gdid fi 3B, Triq Zekka, Valletta. Membri tal-pubbliku jistghu jinqdew billi jmorru t-Taqsima personalment jew billi jibaghtu lil xi hadd f'isimhom. Jistghu ukoll jibaghtu t-talba taghhom bil-posta. Ghal dan il-ghan, ikunu jinhtiegu wkoll il-karta ta` l-identita` jew il-passaport ta` l-individwu u ta` min jigi l-ufficcju f'ismu. Tajjeb wiehed jinnota li jekk il-control card ma tkunx intuzat matul is-sena ta` qabel, trid tigi pprezentata wkoll ricetta tat-tabib. Jekk tintilef il-control card, jew accidentalment tigi distrutta, ikun hemm bzonn li l-persuna koncernata tiehu gurament.

It-Taqsima tkun miftuha ghall-pubbliku mit-Tnejn sal-Gimgha bejn it-8.00 a.m. u l-12.00 p.m. u bejn is-1.30 p.m. u l-4.30 p.m. (mill-1 ta` Ottubru sal-15 ta` Gunju), u bejn it-8.00 a.m. u n-12.30 p.m. (mis-16 ta` Gunju sat-30 ta` Settembru). Min ikollu xi diffikulta` jew jixtieq aktar taghrif, jista` jikkuntattja lill-ufficjal inkarigat mit-Taqsima fuq in-numru 245490, jew fuq fax 250081.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow