Left arrow Go Back

IL-GWARDJANI LOKALI JIBDEW IL-ĦIDMA TAGĦHOM MINN GĦADA

PR0233
Date Icon 24/02/2000

IL-GWARDJANI LOKALI JIBDEW IL-'�IDMA TAG'�HOM MINN G'�ADA

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, qal li għada hija 'urnata storika fl-iżvilupp tal-Kunsilli Lokali f'pajjiżna, meta għall-ewwel darba se naraw Gwardjani Lokali fit-toroq tagħna, bil-poteri eżekuttivi dwar kontravenzjonijiet relatati ma' traffiku u ħmie'.

Huwa qal dan kmieni dal-għodu f'konferenza ta' l-aħbarijiet li matulha ta dettalji dwar l-introduzzjoni tal-Gwardjani Lokali, li minn għada se jibdew jaħdmu f'ħames lokalitajiet, li huma Pembroke, San Ġiljan, San Ġwann, Sliema u Swieqi.

Il-Ministru Gatt qal li għada se tibda titwettaq wegħda oħra tal-Gvern – dik li l-Kunsilli Lokali mhux biss jingħataw l-għodda eżekuttiva sabiex iżommu l-lokalit'� tagħhom aħjar, iżda wkoll li għall-ewwel darba se jkollhom dħul finanzjarju ieħor għal dak mogħti mil-Gvern Ċentrali fil-Budgetannwali tiegħu.

Huwa qal li l-għan ewlieni tal-Gwardjani Lokali se jkun dak li jgħinuna ngħixu aħjar fil-komunit'� tagħna. Dan ifisser li l-aspett edukattiv huwa wieħed ċentrali. L-aspett ta' infurzar huwa wieħed importanti meta min qed iwettaq il-kontravenzjoni ma jagħtix każ tal-ħsara u l-inkonvenjent li jkun qed jagħmel lil ħadd ieħor.

"Sabiex dan l-għan jintlaħaq," kompla l-Ministru Gatt, "fl-ewwel ftit żmien, il-Gwardjani Lokali se jkunu qed joħor'u ċitazzjonijiet li huma biss warnings, sabiex ma jkunx hemm shock soċjali fuq il-komunit'�. Dan minbarra l-fatt li l-ewwel tlett 'imgħat se jservu bħala testing period on the field."

Huwa qal li ma jistax ikun li f'pajjiżna jibqa' jkun hawn daqshekk nuqqas ta' dixxiplina f'dak li għandu x'jaqsam ma' traffiku u ndafa, u li jekk kulħadd jifhem id-dmirijiet li għandna lejn il-komunit'� li ngħixu fiha, żgur li l-preżenza tal-Gwardjani Lokali fit-toroq se tkun waħda pożittiva u li tħalli l-frott.

Aspett ieħor li għamel referenza għalih il-Ministru huwa dak tat-Tribunali Lokali li se jibdew joperaw minn April. Hemm disa' Tribunali Lokali f'Malta u ieħor f''�awdex, fejn se jibdew jinstemgħu l-kawżi tal-kontravenzjonijiet magħmula mill-Gwardjani Lokali. Dan ukoll huwa metodu 'did ta' kif issir il-'ustizzja u li se tnaqqas l-inkonvenjent għaliex wieħed m'hemmx għalfejn jidħol il-Belt Valletta. Dan se jnaqqas ukoll l-ammont ta' xogħol li jsir fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-Belt Valletta.

Il-Ministru Gatt għamel referenza wkoll għall-kampanja ta' informazzjoni li qed jagħmel il-Gvern sabiex jinforma lill-pubbliku dwar ir-rwol tal-Gwardjani Lokali. Din il-kampanja għandha bħala tema "Il-Gwardjan Lokali – jgħinek tagħmel id-differenza" . Din se tkun iffukata fuq żew' aspetti, fejn permezz ta' reklamar sempliċi se jitwassal messa'' dwar ir-rwoli prinċipali tal-Gwardjani Lokali. It-tieni aspett huwa dak fejn kelliema tal-Ministeru ilhom għal ftit 'imgħat jattendu programmi tar-radju u t-televiżjoni u jwie'bu mistoqsijiet tas-semmiegħa u t-telespettaturi dwar diversi aspetti tal-ħidma tal-Gwardjani Lokali.

Dr. Gatt faħħar l-impenn tal-Kunsilli Lokali fl-introduzzjoni tal-Gwardjani Lokali f'pajjiżna, "dan għax jafu li ż'ur se jkunu ta' benefiċċju għal ħidma li huma bħala Kunsill qed iwettqu fil-lokalit'�," kompla Dr. Gatt.

Il-Ministru temm billi għamel appell lil kulħadd sabiex l-introduzzjoni tal-Gwardjani Lokali tħalli l-effett mixtieq u sostna li fl-aħħar mill-aħħar, jiddependi minn kull wieħed u waħda minnha jekk irridux li f'pajjiżna jkollna s-serjet'� u d-dixxiplina li jixirqilna.

24.02.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow