Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA? L-EDUKAZZJONI

PR0229
Date Icon 23/02/2000

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI

Dalgħodu grupp ta' madwar 25 student li jattendu l-Istitut Tekniku Mikelan' Sapiano, ippreżentaw petizzjoni lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar il-fatt li s-City and Guilds International Examinations Board ta' l-Ingilterra ma kienx ser jagħti ċ-ċans ta' sessjoni oħra ta' l-eżami (resit) fil-kors tagħhom minn Diċembru 2000, minħabba bdil ta' sillabu.

Dan il-każ ingħata attenzjoni sħiħa mid-Diviżjoni u l-istudenti konċernati inżammu infurmati bl-iżviluppi.

L-istudenti kienu nga''ati erba' snin ilu taħt l-iskema ta' Apprendistat TAS li twassal għal Journeyman's Certificate, ċertifikat lokali, u għal Higher Technician Diploma li huwa ċertificat tal-Bord Ingliż.

L-obbligu li ji'i provdut taħri' li jwassal għall-ksib taċ-ċertifikat lokali qed ji'i sodisfatt b'mod sħiħ mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Ta' min jinnota li min jeħel fl-eżami finali ta' din l-iskema, jingħata ċ-ċans jirrepeti s-sena.

Fl-istess ħin l-istudenti jersqu wkoll għall-eżami tas-City and Guilds li jwassal għal Higher Technician Diploma. Il-fatt li minħabba bdil tas-sillabu min-naħa tas-City and Guilds ta' l-Ingilterra, dawn l-istudenti partikolari 'ew avżati li ma hux se jkollhom opportunita` ta' resit, hi deċiżjoni tal-Bord Ingliż li fuqha s'issa l-awtoritajiet Maltin m'għandhomx kontroll.

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ilha minn qabel bdiet is-sena skolastika tinnegozja mas-City and Guilds International Examinations Board ta' l-Ingilterra dwar il-kwistjoni bla riżultat posittiv. Il-kuntatti mal-Bord Ingliż għadhom sejrin u deċiżjoni definita mistennija tingħata dalwaqt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow