Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS TA' L-ONOR M.A. REFALO, MINISTRU GHAT-TURIZMU DWAR IT-TKOMPLIJA TAL-PROCESS TAL-GHAZLA TA' PROPOSTA GHALL-IZVILUPP TAS-SIT TAL-WHITE ROCKS

PR0228
Date Icon 23/02/2000

PUNTI MID-DISKORS TA' L-ONOR M.A. REFALO, MINISTRU GHAT-TURIZMU DWAR IT-TKOMPLIJA TAL-PROCESS TAL-GHAZLA TA' PROPOSTA GHALL-IZVILUPP TAS-SIT TAL-WHITE ROCKS

Sejjaht din il-konferenza ta' l-ahbarijiet biex naghmel stqarrija lill-mezzi ta' l-istampa u tax-xandir biex b'hekk il-pubbliku jkun informat f'liema stadju wasal il-process tal-ghazla ta' consortium biex jinghata d-dritt jakkwista u jizviluppa s-sit tal-White Rocks, u kif il-Gvern iddecieda li jkompli bil-process sat-tmiem tieghu.

M'ghandix bzonn immur lura ghat-tnedija tal-process u ghal dak kollu li gara sakemm gejt informat mic-Chairman tal-Kumitat imwaqqaf biex jaghti parir tekniku dwar il-proposti u jaghmel rakkomandazzjoni dwar liema consortium ghandu jinghazel. Bizzejjed nghid li l-kumitat informani li t-tliet proposti huma kollha ta' livell gholi, izda li f'kull wiehed minnhom hemm certi problemi li jehtieg jigu negozjati. Il-Kumitat informani wkoll li kien ha zewg votazzjonijiet li r-rizultat taghhom kien vicin hafna u li ghalhekk ma kienx f'qaghda li jasal jaghmel rakkomandazzjoni definita. Il-Kumitat talabni naghtih gwida dwar kif kellu jkompli l-process.

Apprezzajt il-konkluzjoni li waslu ghaliha l-membri tal-kumitat u fhimt ir-riluttanza li f'dak l-istadju jaslu ghal ghazla definittiva. Kien ghalhekk li stharrigt kejl iehor li possibilment kien joffri gradwatorja aktar cara dwar ma' liema consortium kellhom jinbdew in-negozjati. Fic-cirkostanzi ghazilt li kien fl-interess tal-poplu Malti li n-negozjati jibdew ma' dak il-consortium li jkun ghamel l-ahjar offerta finanzjarja u dan minghajr ma neskludi lill-consortia l-ohra mill-process.

Ghalkemm stajt facilment nitlob lis-Segretarju Permanenti jiftah l-offerti u jinformani b'dak li jirrizulta, f'gieh it-trasparenza ghazilt li din il-procedura ssir pubblikament quddiem rapprezentanti tat-tliet consortia. Kien hemm min ma qabilx u ressaq talba quddiem il-Qorti ghal hrug ta' mandat ta' inibizzjoni, talba li giet milqugha mill-Qorti; ghalkemm ma naqbilx ma' din id-decizjoni u ser nikkontestawha, nirrispettaha.

Dawn ic-cirkostanzi hallewli ghazla bejn zewg toroq: jew li jinbdew in-negozjati mal-consortium li jittella' b'xorti, li jidhirli mhijiex ghazla serja; jew inkella li mmur lura ghal gradwatorja li harget mill-votazzjonijiet li ghamlu l-membri tal-Kumitat.

Ghazilt din it-tieni triq u ghalhekk nhar it-Tnejn li ghadda ressaqt proposta lill-Kabinett fis-sens li ser nispjega u tlabt il-parir ta' shabi dwarha.

Il-Kabinett kien unanimu fil-qbil tieghu li n-negozjati ghandhom jinbdew ma' dak il-consortium li gie l-ewwel fil-gradwatorja mtella' mill-kumitat; li n-negozjati ghandhom jikkoncentraw fuq dawk il-punti ta' thassib imqajjma mill-kumitat fir-rapport tieghu; li n-negozjati m'ghandhomx jitwalu ghal aktar minn sitt gimghat; li jekk jintlahaq ftehim ghas-sodisfazzjon tan-naha li tirrapprezenta l-gvern isir rapport ghall-konsiderazzjoni u decizjoni tal-Kabinett.

Jekk ma jintlahaqx ftehim bejn in-naha tal-gvern u l-consortium jigi stabbilit bil-miktub l-istat sa fejn ikunu waslu n-negozjati. Immedjatament wara jibdew negozjati fl-istess sens u skond l-istess procedura mal-consortium li jkun gie t-tieni u f'kaz ta' esitu negattiv ukoll sussegwentement mat-tielet consortium. F'nuqqas ta' ftehim sodisfacenti ghan-naha tal-gvern ma' wiehed mit-tliet consortia, l-istat tan-negozjati f'kull kaz jigi komunikat lill-Kumitat li jerga' jintalab jiehu vot u jaghmel ghazla u rakkomandazzjoni finali.

F'dawn in-negozjati l-Gvern ser ikun rapprezentat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turizmu, is-Sur Louis P. Naudi, ic-Chairman tal-Kumitat mahtur minni biex jaghti parir tekniku, is-Sur Carmel Portelli, u minni. Is-Sur Charles Micallef St. John jaqdi d-dmirijiet ta' segretarju.

Hu fl-interess ta' kulhadd li n-negozjati jibdew u jintemmu kemm jista' jkun malajr u li l-process kollu jitmexxa bl-akbar trasparenza. Fil-fatt in-negozjati diga' bdew u l-ewwel laqgha mal-consortiumSIVA saret aktar kmieni llum. F'dak il-mument li nkunu wasalna fi ftehim sodisfacenti ghall- gvern ma' wiehed mill-consortia u ssir l-ghazla finali mill-Kabinett, nawtorizza li r-rapport tal-Kumitat u l-inkartament kollu dwar in-negozjati mil-lum 'l quddiem jitpogga ghad-dispozizzjoni ta' l-istampa u ta' kull min juri li ghandu interess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow