Left arrow Go Back

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINAWGURA L-MUDELL TA' L-ISPTAR IL-GDID

PR0224
Date Icon 23/02/2000

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINAWGURA L-MUDELL TA' L-ISPTAR IL-GDID

Fil-jiem li gejjin mistenni jkun iffirmat il-kuntratt bejn il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici, f'isem il-Gvern Malti u l-kumpanija Skanska biex jitkompla u jitlesta l-isptar il-gdid f'Tal Qroqq.

Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta dalghodu waqt il-‘Fiera tal-Karrieri' fin-Naxxar, inawgura l-mudell ta' l-isptar il-gdid skond il-pjani finali u kif inhu miftiehem fl-ahhar pjanti approvati.

Il-Ministru Deguara qal li wara l-iffirmar tal-kuntratt ir-ritmu fil-bini ta' l-isptar ser jinghata spinta 'l quddiem biex, kif diga` mhabbar, dan jibda jilqa' l-ewwel pazjenti fih fis-sena 2003. L-isptar il-gdid ser ikun l-uniku sptar akut u generali fejn ser isir ukoll taghlim u ricerka.

L-isptar, li ser ikollu medda ta' 300,000 metru kwadru, ser ikun fih 650 sodda bil-possibilt'� li jespandi ghal 850 sodda minghajr diffikultajiet. Is-servizzi kollha ta' l-emergenza ser ikunu offruti minn dan l-isptar u s-servizzi ta' riabilitazzjoni ser jinkludu l-fisjoterapija, l-occupational therapy, l-ispeech therapy, podiatry, social work u psikologija.

Il-parkegg ser ikun taht l-art u ghandu spazju ghal madwar 2,000 vettura. L-Iskola Medika u l-Istitut ghal Kura tas-Sahha ser ikunu taht saqaf wiehed u ser jinkludu maghhom l-oqsma kollha ta' taghlim relatati mas-settur tas-sahha.

Louis Deguara qal li d-disinn ta' l-isptar jahseb ukoll biex ghal kuntrarju ta' dak ta' qabel joffri ambjent imdawwal specjalment fis-swali fejn ikunu rikoverati l-pazjenti. L-isptar ser ikun mghammar b'apparat b'teknologija gholja u ser jopera b'sistemi moderni ta' tmexxija.

Dan il-progett, qal il-Ministru tas-Sahha, huwa parti zghira biss mill-vizjoni tal-gvern biex ikun provdut servizz tas-sahha li jixraq lill-poplu Malti. Il-gebel u l-bini ta' dan l-isptar mhumiex is-soluzzjoni ta' kollox. Il-bzonn ta' riformi radikali waqt li ghaddej il-bini ta' dan l-isptar huma essenzjali u hu ghalhekk li bhalissa bdew jigu mnedija diversi riformi u ohrajn ser ikunu mnedija fil-gimghat u x-xhur li gejjin. L-emfazi tar-riformi irid jikkoncentra fuq il-kura primarja, filwaqt li jahsbu biex titrazzan il-hela u tizdied l-efficjenza.

Il-Ministru Deguara rringrazzja lil dawk kollha involuti fl-ippjanar u l-bini ta' l-isptar il-gdid fosthom, lill-membri tas-57 Commissioning Team li qed jizviluppaw operational policies godda f'diversi oqsma, kif ukoll lill-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici li qed tiehu hsieb il-bini ta' dan l-isptar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow