DEVOLUZZJONI TA? PROPRJET PUBBLIKA GĦAL HERITAGE WALK F?SAN ĠWANN
DEVOLUZZJONI TA' PROPRJET'� PUBBLIKA G'�AL HERITAGE WALK F'SAN ĠWANN
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, qal li l-politika tal-Gvern ta' devoluzzjoni ta' proprjet'� pubblika lill-Kunsilli Lokali, aktar m'hu qed jgħaddi żmien, aktar qed jinfirex l-iskop tagħha u l-mod kif qed tkun utilizzata mill-Kunsilli Lokali.
Huwa qal dan kmieni llum wara nofsinhar meta attenda għall-iffirmar tal-ftehim ta' amministrazzjoni ta' silos antiki tal-qamħ, bejn il-Kunsill Lokali San Ġwann u d-Dipartiment ta' l-Artijiet.
F'kelmtejn li għamel, il-Ministru Gatt qal li dan huwa s-seba' Kunsill li qed jieħu f'idejh l-amministrazzjoni ta' proprjet'� pubblika wara li l-Gvern għaddielu f'idejh it-titlu legali ta' l-istess proprjet'�.
Dr. Gatt qal ukoll li dan huwa l-ewwel Kunsill Lokali li se juża din il-proprjet'� għall-għan kulturali u turistiku, fejn se jattwa pro'ett imsejjaħ Heritage Walk - Mixja f'inħawi differenti ta' interess kulturali fil-lokalit'�.
Il-Ministru faħħar l-impenn dejjem jikber tal-Kunsilli Lokali tagħna favur l-edukazzjoni u l-aspett kulturali u li qed iwie'bu b'mod pożittiv u b'entużjażmu għall-politika tal-Gvern dwar il-Kunsilli Lokali.
Dr. Gatt saħaq fuq il-ħtie'a li l-Kunsilli Lokali jkomplu jkunu krejattivi fil-mod kif imexxu l-lokalitajiet rispettivi tagħhom u li l-inizzjattivi li jieħdu dejjem ikollhom l-persuna bħala l-qofol tal-ħidma mwettqa.
Il-Ministru temm billi rringrazzja lil Kunsill Lokali San Ġwann, lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u lid-Dipartiment ta' l-Artijiet għal din l-inizjattiva.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN