Left arrow Mur Lura

IFFIRMAT FTEHIM TA? AMMINISTRAZZJONI TAL-LIBRERIJA PUBBLIKATAL-GUDJA

PR0204
Date Icon 18/02/2000

IFFIRMAT FTEHIM TA' AMMINISTRAZZJONI TAL-LIBRERIJA PUBBLIKATAL-GUDJA

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, kmieni llum wara nofsinhar attenda għall-iffirmar tal-ftehim ta' amministrazzjoni tal-librerija pubblika bejn il-Kunsill Lokali Gudja u d-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi.

F'kelmtejn li għamel, il-Ministru Gatt qal li dan huwa t-tmien Kunsill li qed jieħu l-impenn li flimkien mad-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi, jamministra l-Librerija Lokali, li fil-każ tal-Gudja, din tinsab fl-Iskola Primarja.

Dr. Gatt qal ukoll li minn dak li ra, dan huwa l-uniku Kunsill li minbarra li qed joffri dan is-servizz, qiegħed joffri wkoll servizz ta' internet mill-uffiċċji amministrattivi tiegħu permezz ta' cards.

Il-Ministru faħħar l-impenn dejjem jikber tal-Kunsilli Lokali tagħna favur l-edukazzjoni u l-aspett soċjali in 'enerali. Huwa qal li l-fatt li f'lokalit'� żgħira bħal m'hi l-Gudja, jkunu mislufa medja ta' 6,000 ktieb f'sena, huwa mhux biss fattur pożittiv, iżda li juri li l-ħidma li qed issir qed tħalli l-frott.

Il-Ministru Gatt temm billi rringrazzja 'l dawk kollha involuti sabiex dawn l-inizzjattivi qed isiru realt'�, b'mod speċjali lid-Direttur tad-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi, is-Sur Philip Borg, li dejjem ikun minn tal-ewwel f'inizzjattivi favur il-Kunsilli Lokali u li bil-fatti qiegħed juri li għandu fiduċja fil-ħidma mwettqa minnhom.

18.02.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow