IL-MINISTRU AUSTIN GATT F?LAQGĦA MA? DELEGAZZJONI TA? L-?UNION OF LOCAL AUTHORITIES? TA? IŻRAEL
IL-MINISTRU AUSTIN GATT F'LAQG'�A MA' DELEGAZZJONI TA' L-‘UNION OF LOCAL AUTHORITIES' TA' IŻRAEL
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, dal-għodu ltaqa' ma' delegazzjoni ta' l-‘Union of Local Authorities' ta' Iżrael, li tinsab Malta bħalissa fuq stedina ta' l-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali ta' Malta għal Laqgħa għas-Sindki u d-Deputati Sindki li se ssir fi tmiem din il-'imgħa.
Il-Ministru Gatt ta merħba lil din id-delegazzjoni u tkellem dwar kif żviluppa l-kunċett tal-Gvern Lokali f'pajjiżna. Waqt il-laqgħa, li saret fl-uffiċċju tal-Ministru fil-Ber'a ta' Kastilja, il-Ministru ta ħarsa lejn il-kisbiet li 'abu l-Kunsilli Lokali f'Malta u '�awdex u sostna li ż'ur li kull lokalit'� gawdiet vanta''i kbar bil-ħidma tal-Kunsill Lokali tagħha.
Dr. Gatt imbagħad spjega dwar il-ħidma tal-Gvern għal aktar devoluzzjoni ta' poteri, fejn fost l-oħrajn semma n-network kompjuterizzat bejn il-Kunsilli Lokali u l-Gvern ċentrali, is-sistema ta' servizzi tal-Gvern li se jibdew jingħataw mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali, u kif ukoll id-devoluzzjoni ta' aktar poteri bħall-Infurzar Lokali tal-Li'ijiet u l-amministrazzjoni ta' proprjet'� pubblika.
Il-kap tad-delegazzjoni Iżraeljana is-Sur Shachar Ben-Ami (Sindku ta' Shoham), irringrazzja lill-Ministru Gatt talli laqagħhom. Is-Sindku Ben-Ami qal li huwa ta' pjaċir għalih u għall-kollegi tiegħu li jirreċiprokaw iż-żjara li kienet għamlet delegazzjoni Maltija fl-Iżrael ftit taż-żmien ilu. Huwa tkellem ukoll dwar kif joperaw il-Kunsilli Lokali f'pajjiżu, dwar kif inhuma ffinanzjati, dwar il-metodu tal-elezzjoni u kif ukoll dwar ir-responsabbilitajiet li qiegħed jgħaddilhom il-Gvern ċentrali Iżraeljan.
Fl-aħħar tal-laqgħa, id-delegazzjoni Iżraeljana ppreżentat il-Ministru b'tifkira taż-żjara tagħhom.
Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni Iżraeljana kienu s-Sur Eitan Blinkov (Sindku ta' Kineret) u s-Sur Raphel Suissa (Sindku ta' Matzkeret Batia). '�all-laqgħa attendew ukoll membri ta' l-Eżekuttiv ta' l-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali mmexxija mill-President Dr. Ian Micallef.
18.02.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN