IL-BDIL TAL-BOZOZ TAT-TOROQ MILL-KUNSILLI LOKALI MISTENNI JIBDA FI FRAR
IL-BDIL TAL-BOZOZ TAT-TOROQ MILL-KUNSILLI LOKALI MISTENNI JIDBA FI FRAR
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, illum wara nofsinhar attenda għal iffirmar tat-tielet ftehim ta' koperazzjoni bejn numru ta' Kunsilli Lokali dwr il-manutenzjoni tal-lampi tat-toroq. Dan il-ftehim kien iffirmat bejn il-Kunsilli Lokali ta' Birżebbugia, Kirkop, Luqa, Mqabba, Qrendi, Safi u Żurrieq.
Dan wara li aktar kmieni din il-'imgħa għalqet l-ewwel sejħa għall-offerti dwar l-istess servizzi, mill-Kunsilli Lokali tal-Gżira, '�amrun, Msida, Piet'� u Ta' Xbiex; filwaqt li l-Kunsilli Lokali tal-'�argħur, Mellieħa, M'arr, Mosta, Naxxar u San Pawl il-Baħar, il-'imgħa l-oħra, ħar'u sejħa għall-offerti għal kuntratturi privati li huma interessati li jwettqu t-tibdil tal-bozoz tat-toroq f'isem il-Kunsilli msemmija.
Il-Ministru Gatt qal li s-sitwazzjoni fejn il-Kunsilli kienu qegħdin jaqilgħu kritika għal servizz li ma kienux responsabbli għalih ma setgħetx tkompli u għalhekk, il-Gvern żviluppa din il-politika sabiex ir-residenti jinqdew aħjar. "Fi kliem ieħor," kompla Dr. Gatt, "darba jkun inga''at il-kuntrattur, it-tibdil tal-bozoz eżistenti jibda jsir mill-Kunsilli Lokali u mhux mill-Enemalta – bidla li għandha twassal għal tnaqqis kbir fiż-żmien li llum jittieħed biex tinbidel bozza maqtugħa."
Il-Ministru awgura li gruppi oħra ta' Kunsilli jaqblu li jilħqu ftehim simili bħal dak iffirmat illum, biex b'hekk id-delega tinfirex u s-servizz ikun ta' benefiċċju ghall-lokalitajiet l-oħra.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN