STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR L-AGIR TAL-UNIONS FL-ISPTAR MONTE CARMELI
STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR L-AGIR TAL-UNIONS FL-ISPTAR MONTE CARMELI
Id-Divizjoni tas-Sahha terga' ghal darba ohra tikkundanna l-agir irresponsabbli li qed jiehdu it-tlett unions li jirrapprezentaw l-infermiera rgiel gewwa l-isptar Monte Carmeli. L-azzjonijiet industrijali ordnati mill-Unions li jirraprezentaw lin-nurses nhar il-Gimgha, 11 ta' Frar 2000 kienu minhabba l-allegat nuqqas ta'sigurt'� ghall-infermiera f'sala Nru. 10 ta' l-isptar Monte Carmeli. Wara l-istqarrija tal-Kummissarju tal-Pulizija li fiha ggarantixxa s-sigurt'� mitluba, zgur li dawn l-azzjonijiet m' ghandhomx aktar bazi.
Minkejja dan, wara li abbandunaw ghal kollox lill-morda rikoverati f'sala Nru. 10 fl-isptar Monte Carmeli nhar il-Gimgha bil-lejl, matul is-Sibt u l-Hadd il-Unions li jirraprezentaw l-infermiera komplew jestendu l-azzjonijiet taghom din id-darba b'detriment ghall-kura tal-morda kollha rikoverati fil-wards ta' l-irgiel gewwa l-istess sptar.
Is-Sibt, 12 ta' Frar
Tard is-Sibt fil-ghaxija, b'effett ta' l-azzjoniiet ordnati li jolqtu direttament il-kura li tinghata lill-morda, in-nurses li jahdmu fis-swali ta' l-irgiel:
Mhux qed jaghtu hand-over meta issir bidla ta' shift f'kaz li min ikun diehel ghax-shift jasal xi ftit tard. In-Nurses ghandhom direttiva li jitilqu 'l barra u jekk hemm bzonn sahansitra jhallu l-ward minghajr staff.
Mhux qed jassistu lil pazjenti biex jinhaslu u jilbsu u fil-htigijiet bazici ohrajn hlief li jaghtuhom jieklu u li jqassmulhom l-medicini.
Mhux qed issir supervizjoni tal-morda u l-vizitaturi waqt il-hin tal-parlatorju .
Mhux qed isir counselling lil morda li huwa parti integrali mil-kura li jinghataw pazjenti fl-isptar Monte Karmeli.
Il-Hadd, 13 ta' Frar
L-azzjonijiet hadu xejra ghall-aghar il-Hadd fil-ghaxija meta il-unions ordnaw lill-infermiera li kienu xoghol fuq is-swali ta' l-irgiel biex f'kazi fejn kien hemm ghassa nurse wiehed biss ma jitqassmux il-medicini. Huma wkoll ordnaw lill-infermiera kollha li jahdmu fis-swali ta' l-irgiel biex johorgu lkoll f'daqqa ghall- brejk taghhom fil-hdax ta' fil-ghaxija.
Tqassim ta' Medicini
Normalment f'sala fejn ikun hemm nurse wiehed, il-prattika kienet li nurse minn sala ohra jew s-supretendent nurse li jkun ghassa bil-lejl jaghtu l-ghajnuna f'sala fejn ikun hemm nurse wahdu biex il-morda jinghataw il-pilloli u l-medicini mehtiega. Din hija prattika stabbilita li ilha tigi segwita ghal numru ta' snin. Bid-direttiva tal-Unions, dan ma sehhx u ghaldaqstant kien hemm numru ta' swali fejn il-pilloli tal-pazjenti ma tqassmux. Kien ukoll irrappurtat li kazi fejn kien jehtieg medicina b'mod urgenti, din ukoll ma setghetx tinghata. Kien biss bl-intervent tat-tobba u tan-Nursing Managementtal-isptar Monte Carmeli li dawn il-pazjenti inghataw il-medicini taghhom.
Brejk ta' l-Infermiera
Normalment l-infermiera jiehdu l-brejk taghhom b'mod li dan ma jeffettwax il-kura tal-pazjenti. F'kaz li ma jkunx possibbli li jittiehed brejk, l-infermiera jew jithallsu tieghu jew jinghataw time off in lieu. Bid-direttiva li n-Nurses kollha johorgu ghall-brejk f'daqqa, irrizulta li numru ta' swali, inkluzi dawk fejn il-pazjenti rikoverati fihom huma morda serjament u sahansitra huma ta' periklu ghalihom infushom, gew totalment abbandunati. Fis-sala Nru. 2, is-sala fejn hemm rikoverati pazjenti li ghandhom l-aktar mard serju, id-Divizjoni tas-Sahha kienet hadet hsieb biex dahhlet hames nurses overtime sabiex il-kura mehtiega tkun tista' tigi zgurata. Minkejja dan, il-unions ordnaw lin-nurseskollha, inkluzi dawk li ddahhlu overtime biex tigi zgurata l-kura necessarja tal-pazjenti, johorgu ghall-brejk kollha f'daqqa. Minkejja li fuq is-sala numru 2 kien hemm xoghol seba' nurses, b'rizultat ta' din id-direttiva kien hemm hin ta bejn siegha u saghtejn fejn in-nurses abbandunaw lil dawn il-pazjenti li huma serjament morda. Ta' min iffakkar li nurses li kienu qed jahdmu overtime kienu qed jithallsu Lm 45 kull wiehed ghall-lejl xoghol li kienu qed jaghtu. Kien biss ghal darba ohra bl-intervent tad-Direttur tal-Psikjatrija, it-tobba li kienu ghassa u n-nursemanagement li dawn il-pazjenti setghu jigu sorveljati .
Waqt li d-Divizjoni terga' tfakkar li r-raguni ghall-azzjoni industrijali hija is-sigurt'� tan-nurses li jahdmu fis-sala Nru. 10, il-Unions tan-nurses qed joghgobhom jestendu d-direttivi taghom sabiex jolqtu b'mod l-aktar dirett lill-pazjenti rgiel kollha rikoverati fl-isptar. Dan jirrifletti hazin fuq il-professjonlizmu u nuqqas ta' l-etika f'dawn il-Unions. Ta' min isemmi wkoll li d-direttivi moghtija il-Hadd fil-ghaxija ma kienux legittimi peress li dawn ma gewx ikkomunikati bil-miktub lid-Direttur Generali skond kif titlob il-ligi industrijali.
Id-Divizjoni tas-Sahha qed taghmel minn kollox biex tizgura li sa fejn hu possibbli s-sahha tal-morda ma tigix fil-periklu u li l-pazjenti rikoverati fl-isptar Monte Carmeli jkollhom ghall-anqas is-servizzi bazici ta' kura. Id-Divizjoni tas-Sahha tappella lin-nurses biex jiftakru li filwaqt li ghandhom kull dritt li jobdu l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-unions taghhom, ma jistghux jinsew l-obligi professjonali taghhom lejn il-pazjent.
14.01.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN