IL-PRIM MINISTRU FI ZJARA FL-ISVEZJA
Il-Prim Ministru ħalla Malta dal-għodu għal żjara fl-iSvezja fejn ser ikollu taħditiet mal-Prim Ministru Svediż Goran Persson.
Fl-iSvezja, il-Prim Ministru ser ikollu wkoll udjenza mar-Re ta' l-iSvezja Carl Gustaf XVI.
Il-Prim Ministru ser jiltaqa' mal-Kumitat Parlamentari Svediż dwar l-Affarijiet Barranin, u ser jindirizza lill-Istitut Svediż għall-Affarijiet Internazzjonali.
Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat mis-Segretarju Privat tiegħu, Peter Portelli. Jinsab akkumpanjat ukoll mid-Direttur għar-Relazzjonijiet Bilaterali fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Cecilia Attard Pirotta u mid-Direttur dwar il-Policy fid-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea, John Inguanez.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar l-Erbgħa, 16 ta' Frar 2000.
14.01.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN