STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD DWAR RIMARKI PUBBLICI TA' L-OPPOZIZZJONI LI GEW INVESTIGATI MILL-KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI
STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD DWAR RIMARKI PUBBLICI TA' L-OPPOZIZZJONI LI GEW INVESTIGATI MILL-KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI
L-Onorevoli Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, innota b'sodisfazzjon ir-rapport tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar ir-rizultat ta' l-investigazzjonijiet taghha dwar dak li kien stqarr pubblikament l-Onorevoli Noel Farrugia, il-kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar il-Biedja u Sajd. Il-Kummissjoni irraportat li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' korruzzjoni fuq il-kaz ta' tnehhija ta' levies fuq prodotti tat-tigieg u tal-majjal. Dan ghal kuntrarju assolut ta' dak li kien allega minghajr ebda bazi l-Onorevoli Farrugia.
Il-Ministru innota wkoll il-kumment tal-Kummissjoni fejn barra li iddikjarat kategorikament li kollox sar b'mod regolari u b'hekk gie skreditat dak li allega l-Onorevoli Farrugia, gibdet l-attenzjoni wkoll ghal fatt illi kull suspett kien jigi evitat kieku s-Sur Farrugia ghamel ir-ricerki tieghu kif jixraq qabel ma hareg fil-pubbliku. Il-Ministru Zammit qal li dan juri bic-car ukoll illi dak li qed jintqal mill-Oppozizzjoni dwar l-implikazzjonijiet tas-shubija fl-Ewropa ma jkunx ibbazat fuq ricerka u informazzjoni ta' min jorbot fuqha. Il-Ministru Zammit fakkar f'kaz iehor simili meta f'istqarrija recenti tas-Sur Farrugia huwa qal illi s-sajjieda part-time jitilfu l-permessi meta Malta tidhol fl-EU. Dan jirrizulta wkoll li ma hu veru xejn, ghax l-EU ma taghmel l-ebda distinzjoni bejn part-timers u full-timers.
Il-Ministru Zammit sahaq fuq l-importanza tal-fattwalit'� fl-istqarrijiet pubblici. Il-politiku ghandu dmirijiet u responsabbilitajiet lejn il-poplu u mhux sew li dak li jkun jitkellem minghajr lanqas biss ma jipprova jara x'inhuma l-fatti. Ir-responsabbilit'� lejn il-poplu ghandha tirbah fuq kull interess personali li jista' jkollu deputat parlamentari, temm jghid il-Ministru.
09.02.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN