Left arrow Go Back

FTEHIM BEJN L-AWTORITA? TAD-DJAR, L-HSBC U L-BOV DWAR SUSSIDJU FUQ L-INTERESSI TAS-SELF MILL-BANEK

PR0166
Date Icon 09/02/2000

FTEHIM BEJN L-AWTORITA' TAD-DJAR, L-HSBC U L-BOV DWAR SUSSIDJU FUQ L-INTERESSI TAS-SELF MILL-BANEK

Permezz ta' ftehim li ntlahaq bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-HSBC Home Loans (Malta) Limited u l-Bank of Valletta, 'ew estiżi l-iskemi tal-Awtorita' tad-Djar li jikkwalifikaw ghas-self b'rata sussidjata. Intlaħaq wkoll ftehim mal-APS li ser ji'i fis-seħħ fil-futur qarib. Permezz ta' dan l-arran'ament, f'ċerti cirkostanzi, l-beneficcjarji jħallsu biss 1.8% fis-sena bħala interess fuq self mill-bank.

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, waqt l-iffirmar tal-ftehim, aċċenna għall-fatt li ftit wisq nies ghadhom qed jagħmlu użu mill-iskemi tal-Awtorita' tad-Djar. Huwa qal li meta jitqabblu l-figuri tal-benefiċċjarji tal-Awtorita' tad-Djar ma' dawk l-applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali huwa ovvju li hemm mismatch. Dan għaliex f'postijiet fejn il-bżonn għall-akkomodazzjoni soċjali huwa sostanzjali, il-persenta'' ta' familji jew individwi li jibbenefikaw mill-iskemi huwa baxx ħafna.

Hekk per eżempju, għalkemm fil-Belt Valletta hemm 363 applikant għall-akkomodazzjoni alternattiva, 19 biss applikaw sabiex jirċievu għotja għal xogħolijiet ta' rran'ar fi djar propjeta tal-Gvern u żewg familji biss għamlu użu mill-għotja u s-self sussidjat li toffri l-Awtorita' għal xogħol ta' titjib u rran'ar f'residenzi privati (ara tabella).

Il-Ministru Gonzi qal li jista' jkun hemm numru ta' ra'unijiet għalfejn dan qed iseħħ. Fosthom, li l-applikanti għall-akkomodazzjoni socjali ma humiex interessati li jirran'aw darhom, jew inkella li l-ispejjes għall-irran'ar huma kbar wisq. Ra'uni oħra hija li residenti ma' jridux jikru mingħand il-privat u jieħdu sussidju fuq il-kera mill-awtorita' tad-djar.

F'eżerċizzju li sar mill-Awtorita' tad-Djar is-sena l-oħra, uffiċjali tal-Awtorita' kienu preżenti fil-Kottonera sabiex jagħtu pariri u informazzjoni fuq l-iskemi u l-benefiċċji li jingħataw mill-Awtorita' tad-Djar. Anki f'din iċ-ċirkostanza, jidher li l-ammont ta' nies li żaru l-customer care fil-Kunsilli Lokali biex jiehdu parir kien żgħir wisq, tenna l-Ministru Gonzi.

Madanakollu, huwa qal li hemm bżonn il-koperazzjoni kemm tas-sidien privati u anki tal-inkwilini, flimkien ma' l-għajnuna li jagħti l-Gvern sabiex tittaffa l-isfida tal-akkomodazzjoni soċjali, sfida li għandha għeruq kumplessi u li għaliha ma hemmx soluzzjoni unika.

Il-Ministru Gonzi faħħar is-sehem tal-Banek fil-qasam tal-għajnuna soċjali u qal li permezz ta' dan il-ftehim, aktar familji ser ikunu jistghu jibbenefikaw minn skemi u benefiċċji, kemm f'dak li jirrigwarda skemi ta' xiri ta' propjeta' mingħand il-privat, xiri ta' propjeta' 'dida mingħand l-Awtorita' tad-Djar u anki fuq skemi ta' xogħolijiet u rran'ar f'djar okkupati minn censwalisti jew inkwilini, jew li ser ji'u okkupati mis-sidien privati. 

BENEFICJARJI TAL-AWTORITA' TAD-DJAR U

TAD-DIPARTIMENT GHALLl-AKKOMODAZZJONI SOCJALI

Lokalita
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow