Left arrow Mur Lura

PUNTI MID-DISKORS MILL-ONOREVOLI EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI WAQT KONFERENZA STAMPA FEJN GIET IMNEDIJA SKEDA TA? LAQGHAT "NEGOZJU 2000"

PR0165
Date Icon 09/02/2000

PUNTI MID-DISKORS MILL-ONOREVOLI EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI WAQT KONFERENZA STAMPA FEJN GIET IMNEDIJA SKEDA TA' LAQGHAT "NEGOZJU 2000"

Wara l-ewwel sensiela ta' laqghat f'diversi Branches tal-Bank of Valletta flimkien mal-Bank of Valletta qeghdin nergghu inniedu t-tieni skeda ta' sensiela ta' laqgaht fid-diversi branches.

Nimmagina li jkun hawn min jistaqsi "x'jiswew dawn il-laqghat?". Jista' jkun ukoll min jikkummenta u jikkunsidra dawn il-laqghat bhala ezercizzju ta' propoganda rhisa mill-Bank of Valletta.

Ghal min jahseb hekk jew jikkumenta b'dan il-mod, nghidlu li ghadu ma gharafx li l-vera htiega tas-settur tan-negozju taghna hija l-bidla ta' mentalit'�. Ma nistghux inharsu lejn il-probabbilt'� ta' tkabbir ta' l-attivit'� ekonomika tal-poplu taghna kemm-il-darba ma ntejbux il-mentalit'� ta' dawk kollha li qeghdin fin-negozju llum u nippreparaw bl-istess mod lil dawk kollha li ser isibu l-milja tal-personalit'� taghhom fin-negozju.

L-isfida tieghi, hija li nahdem biex b'impenn li jinvolvi lil kull min qieghed jipprovdi servizz lis-settur tan-negozju, jifhem il-htiega li jinvesti l-hila tieghu u skond il-karattru tas-servizz offrut mill-istess impriza, f'dik il-bidla ta' mentalit'� fis-settur kummercjali fejn irridu nippjanaw bidla li tehodna minn fehma tan-negozjanti ghall-impenn ta' imprendituri.

Din hija l-akbar bidla li fuq livell nazzjonali irridu naghtu aktar importanza ghaliha.

Fit-thehhija ghal shubija ta' pajjizina fis-Suq ta' l-Unjoni Ewropea rridu naraw li jkollna vizjoni cara ta' gejjieni fejn dawk li nvestew fis-suq ma jibqghux semplici bejjiegha, fejn jixtru u jbieghu bi qliegh dak li jixtru. Ma nistghux naccettaw mentalit'� fqira ta' negozjanti fejn hadd ma jahseb fin-negozju tal-futur filwaqt li kulhadd jibqa' jahseb fuq in-negozju ta' llum.

Ghaldaqstant irridu nifhmu aktar b'mod kolletiv il-htiega li nahdmu flimkien biex minn kultura ta' xerrejja u bejjiegha mmorru ghall-kultura ta' aktar krejattivit'� fin-negozju. Kultura ta' imprendituri fejn l-istess bejjiegha u xerrejja ta' llum nhejjuhom jirragunaw u jiddeciedu ta' imprendituri fejn id-decizjonijiet li jiehdu jkunu haduhom wara li jkunu evalwaw is-suq u dan permezz ta' Business Planrejali.

Dan kollu jffiser qabza ta' kwalit'� fil-mod ta' kif isir il-kummerc fejn nehtiegu aktar professjonalit'�.

Inutli noffru incentivi finanzjari godda, inutli naghmlu ligijiet godda li jqanqlu mentalit'� gdida fejn l-efficjenza u l-kwalit'� tas-servizzi u prodotti tkun tista' tigi mkejla, inutli li l-banek taghna inieghdu incentivi u programmi ta' ghajnuna u ma jkollniex settur li qieghed fin-negozju li ma jkunx professjonali bizzejjed, jigifieri organizzat u kapaci jinqeda u juza dawk l-incentivi.

Qeghdin nahdmu bis-shih biex in-negozjant ikollu ghodda tajba permezz tal-legizlazzjonijiet godda li ser jghinu biex jincentivaw il-kummerc, izda rridu li nippreparaw ukoll lil min ser juza dawn l-ghodod biex juzhom bl-ahjar mod biex jiehu l-ahjar rizultati.

Kemm il-darba jkollna incentivi u programmi ta' ghajnuna izda ma jkollniex mentalit'� ta' imprendituri. Nemmen li bhala Gvern nkunu fallejna fil-missjoni taghna, ghaliex kull legizlazzjoni li naghmlu tibqa' biss bhala legizlazzjoni biex timla l-ixkafef.

Dawn il-laghat ma' ohrajn li qed ikunu organizzati permezz ta' l-iskema "Politika Kummercjali fil-Komunit'�" li qeghdin nahdmu bi shubija mal-Kunsilli Lokali taghna biex jirnexxielna ninzlu sa' l-gheruq tas-settur tan-negozju huma mahsuba biex naslu li nqanqlu din il-bidla lejn aktar professjonalit'� fis-settur kummercjali.

Dawn il-laqghat li se ikompli jorganizza il-Bank of Valletta huma prova li dan l-ezercizzju ta' komunikazzjoni huwa utli u mehtieg biex nispjegaw ahjar is-servizzi tal-bank lejn negozju aktar professjonali. Sena u nofs ilu d-diskors dwar il-banek kien xorta ohra. Kont tlabthom ikunu ta' servizz ahjar, tlabthom inaqqsu r-rati ta' l-imghax, tlabthom jinzlu qrib aktar taz-zghir; illum wasalna biex bdejna l-kultura tan-negozjar tar-rati ta' l-imghax, u b'konsegwenza rajna bidu fit-tnaqqis tar-rati ta' l-imghax. Rajna kumplament ta' zvilupp fis-servizz lill-klijent izda qed ukoll nircievu messagg importanti minghand il-banek.

Is-Segretarju Parlametari kompla jghid li min huwa organizzat u serju il-bank ser jirriskja mieghu; izda minn mhux serju jista' lanqas biss jersaq ghand il-bank.

Ghalhekk qed nipprevedi gejjieni fejn l-uniku kontroll fuq l-overtrading u l-espansjoni tan-negozju ser ikunu s-servizz bankarju u l-istess settur tan-negozju li biex jikkonvinci lill-bank jinvesti mieghu dan irid jemmen fil-Business Plan li trid issir biex tghin lill-imprenditur u lill-bank jipprevedu l-gejjieni tal-kummerc ta' dik l-impriza.

Kemm-il-darba nharsu lejn kemm importajna f'dak li huma Consumer Goods, nnsibu li fl'1999 importajna 262.3 miljuni filwaqt li fl'1998 konna mportajna 238.6 miljuni fejn minnhom f'durable goods fl'1999 importajna 114.4 miljuni filwaqt li fl'1998 importajna 98.7 miljuni. Hawn naraw zjieda sostanzjali f'importazjoni ta' prodotti li nbieghu fis-suq lokali.

Meta naghmlu l-istess ezercizzju dwar l-esportazzjoni wkoll insibu li kellna zjieda sostanzjali fl-esportazzjoni u dan jixhed li f'dan ir-rigward ghandna potenzjali li rridu nibzghu ghalih ghaliex kapaci jrodd lura qliegh xieraq. Harsa lejn x'esportajna is-sena li ghaddiet fl-1999 wiehed isib ukoll li fid-Domestic exports kien hemm zieda sostanjali fuq is-sena ta qabel u ghalhekk wiehed jinnota li fl-1999 konna esportajna 712.4 milljuni f'domestic export filwaqt li fl'1998 konna esportajna 664.8 miljuni.

Meta wiehed jipparaguna din l-istatistika ma' dak li konna mpurtajna u esportajna fis-snin fejn kull min kien fin-negozju jiftakarhom bhala l-ahjar snin ta‘ l-1994 u l-1993, ma l-ahhar sena (1999) irnexxielna ninnegozjaw aktar. Dakinhar id-differenza kienet tikkonsisti f'numru inqas ta' negozjanti meta tipparaguna ma' din is-sena. Dan iffiser li lkoll irridu nkomplu nahdmu biex inkabbru sehmna f'dan l-izvilupp ta' pajjizna.

09.02.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow