KJARIFIKA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI DWAR L-ALLOKAZZJONI TA' FONDI LILL-KUNSILLI LOKALI
KJARIFIKA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI DWAR L-ALLOKAZZJONI TA' FONDI LILL-KUNSILLI LOKALI
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali xtaq jagħmel kjarifika dwar stqarrija pubblika maħru'a mill-Kunsill Lokali Fgura dwar l-allokazzjoni finanzjarja mogħtija lill-istess Kunsill għas-sena finanzjarja li se tibda fl-1 ta' April li 'ej.
Il-Kunsill Lokali Fgura ilmenta li l-allokazzjoni tal-fondi naqset bi 18% mis-sena l-oħra.
Il-Ministeru jixtieq jagħmilha ċara li minħabba t-tneħħija tal-"Fondi għall-'�ti'ijiet Speċjali", u t-tibdil fil-formula, l-unika paragun possibbli huwa fuq bażi tal-flus attwalment riċevuti mill-Kunsill Lokali.
Il-Kunsill Lokali Fgura, is-sena l-oħra kellu għad-dispożizzjoni tiegħu total ta' Lm154,100, minħabba li s-somma ta' Lm10,698 ivvutata bħala "Fondi għall-'�ti'ijiet Speċjali", kienet trasferita għal din is-sena. L-allokazzjoni għal din is-sena tammonta għal Lm151,861.
Dan ifisser li l-allokazzjoni finanzjarja li ngħatat din is-sena lill-Kunsill Lokali Fgura, hija 1.5 % anqas minn dik tas-sena l-oħra. Din id-differenza hija waħda minima, meta wieħed jikkunsidra li din is-sena nbidel il-metodu tal-finanzjament tal-Kunsill Lokali, li issa sar jikkunsidra diversi fatturi, mhux biss id-daqs u l-popolazzjoni, iżda wkoll l-assi tal-Kunsill.
Ta' min igħid ukoll li sa mit-twaqqif tiegħu, il-Kunsill Lokali Fgura kien allokat is-somma totali ta' Lm1,058,719.
7.02.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN