Left arrow Mur Lura

PUNTI MID-DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI, IL-PERIT GEORGE PULLICINO WAQT L-EWWEL LAQGHA TAL-KUMITAT XJENTIFIKU GHALL-PROTEZZJONI CIVILI

PR0142
Date Icon 04/02/2000

PUNTI MID-DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI, IL-PERIT GEORGE PULLICINO WAQT L-EWWEL LAQGHA TAL-KUMITAT XJENTIFIKU GHALL-PROTEZZJONI CIVILI

Kumitat Xjentifiku ghall-Protezzjoni Civili

Skond l-Att tal-1999 dwar il-Protezzjoni Civili il-Gvern huwa obbligat li jahtar Kumitat ghall-Protezzjoni Civili biex jifformola, jidderiegi u jikkordina l-policies kollha nazzjonali f'dak li ghandu x'jaqsam mal-Protezzjoni Civili. Il-ligi taghti d-dritt lil dan il-Kumitat li jwaqqaf kummissjonijiet ohra li jidhirlu huma mehtiega biex jassistuh fix-xoghol tieghu. Wiehed minn dawn il-kumitati huwa il-Kumitat Xjentifiku ghall-Protezzjoni Civili.

Dan il-Kumitat li qed jiltaqa' illum ghall-ewwel darba ghandu d-dover li jidentifika l-arji l-iktar ta' riskju u vulnerabbli f'Malta u Ghawdex f'dak li ghandu x'jaqsam ma' disastri teknologici jew disastri maghmula mill-bniedem u jassisti lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civilui biex jitfasslu pjani ta' kontingenzi.

Il-Kumitat irid jassisti ukoll lid-Dipartiment biex jigi formulat Pjan Nazzjonali ta' Kontingenza f'kaz ta' disastru nazzjonali. Dawn id-disastri jistghu jkun ta' natura naturali bhal terremoti, gharghar jew irjieh qawwija jew dak ikkawzati mill-bniedem fosthom spluzjonijiet, incidenti ta' l-ajru, fuq il-bahar u ta' traffiku.

Il-Kumitat irid jaghti ukoll parir lid-Dipartiment fuq proceduri, metodi u linji ta' gwida fl-organizzar ta' servizzi u attivitajiet kif ukoll dwar legislazzjoni u mizuri amministrattivi mehtiega biex jigu mharsa l-hajjiet umani u proprjet'�.

Funzjoni ohra tal-Kumitat Xjentifiku hija li jaghti pariri dwar inizjattivi informattivi u edukattivi li jistghu jigu organizzati biex iqajjmu kuxjenza ikbar fil-pubbliku dwar materji ta' Protezzjoni Civili.

Barra min hekk, il-Kumitat irid jaghti ukoll parir dwar tahrig ghall-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, membri ta' ghaqdiet mhux governattivi kif ukoll nies civili f'dak li ghandu x'jaqsam mal-protezzjoni civili. Il-Kumitat irid jaghti ukoll pariri dwar mizuri li huwa jqis li huma relevanti biex tigi zgurata il-protezzjoni tal-popolazzjoni, proprjet'� u rizorsi ekonomici.

4.02.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow