Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GHAT-TURIZMU JZUR IL-LUKANDA HILTON U L-PROGETT PORTOMASO, F'SAN GILJAN

PR0128
Date Icon 03/02/2000

IL-MINISTRU GHAT-TURIZMU JZUR IL-LUKANDA HILTON U L-PROGETT PORTOMASO, F'SAN GILJAN

Waqt iz-zjara li ghamel fil-lukanda Malta Hilton f'San Giljan, li mahsub li ser tilqa' l-ewwel klijenti ghall-ahhar ta' dan ix-xahar, il-Ministru Michael Refalo ferah lill-management tat-Tumas Group, proprjetarji tal-lukanda u tal-progett Portomaso u awguralu s-success misthoqq ghall-impriza kbira li kienet waslet biex tintemm b'wicc il-gid.

Michael Refalo ftakar kif ghal bidu tas-snin disghin kellu numru ta' laqghat mas-Sur Fenech dwar il-progett, u kuntrarjament ghad-drawwa ta' ohrajn, kif is-Sur Fenech dejjem zamm kelmtu u qaghad ghall-kundizzjonijiet imposti mill-Awtoritajiet.

"Kien zmien meta kellna dibattitu fil-pajjiz dwar kemm kellna bzonn lukandi Five Star, kemm kienu ser jirnexxu, u jekk kienx lokhom fil-pajjiz. Kien dibattitu xprunat in parti minn ghira, in parti minn ghamad partiggjan, u in parti minn kliem vojt ta' min kien jaghmel aktar gieh ghalih innifsu kieku qaghad bi kwietu".

"Illum inhoss li l-politika li mexxejt vindikata bis-shih, ghax l-esperjenza ta' dawn l-ahhar snin, il-klijentela gdida u l-kummerc li dawn il-lukandi gibdu lejn Malta u Ghawdex, il-qliegh u l-impjiegi li ggeneraw, u s-success li kisbu, uriet kemm kienet zbaljata u bla bazi l-opposizzjoni ghall-politika li waslet ghar-risultati li qed naraw illum".

Il-Ministru Refalo rrifera ghall-istharrig li Deloitte and Touche jaghmlu ghall-Assocjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti ta' Malta (MHRA) li ghal dak li ghandu x'jaqsam mal-lukandi Five Star, ghax mibni kwazi fuq it-totalit'� tal-lukandi u mhux biss fuq kampjun zghir, jirrifletti sewwa l-qaghda ta' dawk il-lukandi.

L-ahhar stharrig ighid li minn Jannar sa Settembru 1999 ir-rata ta' occupancy zdiedet b'10% u lahqet medja ta' 75% u dan minkejja li bil-ftuh ta' aktar lukandi kien zdied in-numru ta' kmamar f'dik il-kategorija. Fix-xhur tas-sajf il-medja lahqet 83%.

Deloitte and Touche jirrizultalhom li r-rati ghall-kiri ta' kmamar fix-xhur tas-sajf zdiedu b'4% u b'hekk kompliet ix-xejra li dehret fix-xhur ta' qabel. "Madankollu, ghadna kompettitivi hafna u ghalkemm il-medja hi ftit taht it-Lm30 il-lejl, meta tqabbilha ma' dak li kien jigri ma' l-ghaxar snin qabel ma gew liberalizzati r-rati, u kien projbit li lukandier jitlob aktar minn dak li kienet tistabbilixxi l-ligi, tara l-avvanzi li saru matul is-snin f'dan ir-rigward."

Il-Ministru ghat-Turizmu stqarr li mhux ser ikun hu, la l-Awtorit'� tat-Turizmu, u lanqas ebda Awtorit'� ohra, li jiddeciedu jekk ghandhomx jinbnew aktar lukandi Five Star. "Dmir il-Gvern hu li johloq klima ghal investiment, li jizgura li nghixu fil-paci u t-trankwillit'�, li jkun hawn stabbilit'� fil-pajjiz. Is-suq, is-sens ta' imprenditorija, ghandhom jiddettaw u juru x'opportunitajiet ikun hemm ghal min irid jimpjega flusu fl-industrija tat-turizmu."

Il-Ministru Refalo qal li d-destin ried li missier dan il-progett, missier l-ahwa Fenech li jiffurmaw it-Tumas Group, ma kellux ix-xorti jara l-ftuh u t-tmiem tax-xoghol li kien ippjana.

"Jixraq illum li ahna qrib l-ewwel anniversarju mill-mewt tieghu li nfakkru fil-fiducja li Tumas Fenech kellu fl-industrija tat-turizmu. Imprenditur li ntebah li d-destin ta' l-ekonomija Maltija marbut ma' din l-industrija. Li dahal fiha, dahal ghaliha u ghamel success minna. Il-wirt tieghu ma jitkejjilx fil-binjiet li halla izda fit-tkomplija tax-xoghol u l-missjoni li beda."

Il-Ministru Refalo semma wkoll il-premju ambjentali mirbuh mill-progett Portomaso sahansitra wkoll qabel ma tlesta. "Irrid nghid li dan il-progett biddel l-ambjent ta' dawn l-inhawi. Filwaqt li jekk ikollokx torri jew le, li l-lukanda tkun gholja flok fil-baxx, huma kwistjoni ta' gosti, hadd ma jista' jichad, l-inqas wiehed jien li segwejt il-bini kull jum mill-Ministeru, li ghalkemm fl-ahhar ikollna progett li niftahru bih, hadd ma jista' jichad li r-residenti ta' Paceville ilhom snin jghixu fl-iskomdu, fit-trab u fl-istorbju. Jien naf kif kien jahsibha missierkom, naf kif tahsbuha intom u konvint li ser issibu mod kif b'xi gest sabih tpattu xi ftit ghall-inkonvenjenza li sofriet din il-komunit'� f'dawn l-ahhar snin."

Michael Refalo fakkar kif ftit aktar minn sena ilu kien gie varat l-isem gdid tat-Tumas Group, isem li issa ntrabat ukoll ma' fondazzjoni ghall-gurnalizmu. Waqt li fahhar din l-inizzjativa l-Ministru ghat-Turizmu qal li fl-1999 il-Ministeru kien nieda premju ghall-gurnalizmu fit-turizmu biex jixpruna aktar interess u allura gharfien usa' ghas-suggett.

Il-Ministru Refalo temm ighid li l-industrija tat-turizmu hi l-industrija tal-bnedmin li tiddipendi minn kif il-bnedmin imorru mal-bnedmin. "Mhijiex industrija bhal hafna ohrajn, thares biss lejn il-profitti u barra bid-daqq, izda hi industrija li ghandha ruh. Minn dak li naf dwar it-Tumas Group intom nies ta' qalb u kuragg kbir fir-riskji tal-kummerc u ta' qalb zghira u generozit'� kbira mal-bnedmin hutna. Huma dawn id-doni li ghandhom imexxukom 'l quddiem b'success."

3.02.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow