Left arrow Mur Lura

RESTAWRATI TLIET KILOMETRI TA? ĦITAN TAS-SEJJIEĦ F?SENA

PR0122
Date Icon 02/02/2000

RESTAWRATI TLIET KILOMETRI TA' '�ITAN TAS-SEJJIE'� F'SENA

Matul is-sena li għaddiet kienu restawrati jew inbnew mill-'did, minn ħaddiema tat-Taqsima tal-Countryside fi ħdan id-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent, aktar minn tliet kilometri ta' ħitan tas-sejjieħ filwaqt li għadd ta' ħaddiema bħalissa qed jgħinu fil-bini ta' ħitan tas-sejjieħ li waqgħu bil-maltemp.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta, dalgħodu, qassam ċertifikati tal-ħatra lil madwar 32 ħaddiem li nħatru fil-grad il-'did ta' Bennej tal-'�itan tas-Sejjieħ fis-Servizz Ċivili. Nofs dawn il-ħaddiema huma Għawdxin, u dawn se jkunu jiffurmaw il-Unit għar-Restawr tal-'�itan tas-Sejjieħ li se titwaqqaf f'Għawdex. Din se tkun amministrata mit-Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dawn il-ħaddiema li qed jingħataw il-ħatra segwew kors fil-bini tal-ħitan tas-sejjieħ u qagħdu wkoll għal eżami prattiku u intervista wara li kien deċiż li għandu jkun introdott mill-'did il-grad ta' Bennej tal-'�itan tas-Sejjieħ.

Hu żied li hu l-ħsieb tal-Gvern li jinħatru madwar 100 impjegat f'dan il-grad fuq perjodu ta' tliet snin bl-iskop li tkompli tingħata spinta lill-bini u r-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, li ħafna minnhom jew inqerdu bl-iżvilupp li sar jew jinsabu f'periklu minħabba diversi elementi oħra, fosthom dak tal-temp u l-ħsara li ssir minn mijiet ta' persuni li jmorru jfittxu għall-bebbux.

Filwaqt li fakkar li parti sostanzjali mill-ħitan tas-sejjieħ huma proprjet'� privata u allura jaqgħu taħt ir-responsabbilt'� tas-sid jew l-okkupant, il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Gvern għandu interess li jipprote'i dawn il-ħitan peress li huma parti mill-wirt kulturali ta' pajjiżna.

Hu semma li dawn il-ħitan, li barra li joffru lqugħ iservu wkoll ta' kenn għall-flora u għall-fawna, huma protetti bil-li'i. Skond ir-regolamenti eżistenti la jista' jsir tibdil u lanqas żidiet fuq ħitan tas-sejjieħ, aktar u aktar b'o''etti li ma jkunux magħmulha minn materjal tal-bini li jintuża għall-ħitan tas-sejjieħ.

2.02.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow