Left arrow Mur Lura

INAWGURAT IC-CENTRU TAS-SAHHA TA' BORMLA

PR0118
Date Icon 01/02/2000

INAWGURAT IC-CENTRU TAS-SAHHA TA' BORMLA

Il-Gvern hu kommess li jipprovdi l-finanzi ghal dak kollu li hu mehtieg ghas-sahha izda mhux ghall-hela.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, waqt l-inawgurazzjoni tac-Centru tas-Sahha ta' Bormla.

Fid-diskors tieghu l-Ministru tas-Sahha tkellem dwar id-diversi riformi li qed ikunu mwettqa fid-Divizjoni tas-Sahha u enfasizza li dawn ir-riformi ghandhom ikunu f'posthom qabel jinfetah l-isptar il-gdid f'Tal Qroqq. Hu kompla jghid li l-ebda taqsima tad-divizjoni m'hi ser titla' fl-Isptar il-Gdid jekk ma tkunx riformata. Mhux kull ma kien tajjeb 30 sena ilu ghadu tajjeb ghal-lum sostna Louis Deguara.

Ir-riformi jesigu wkoll urgenza biex tkompli titnaqqas il-hela. Illum id-Divizjoni tas-Sahha tonfoq mal-Lm1 miljun fil-gimgha biex tipprovdi s-servizzi tas-sahha u ladarba jiftah l-Isptar il-Gdid, l-ispiza ghal dan l-isptar wahdu fil-gimgha ser tkun ta' Lm1.2 miljun. Il-Gvern bl-ebda mod ma jrid jixxahhah ma' dan is-settur, izda fl-istess hin mhux ser jittollera li jkun hemm il-hela.

Il-Ministru tas-Sahha appella lill-unions u l-assocazzjonijiet biex jifhmu l-bzonn ta' dawn ir-riformi. Ghandhom ikunu konvinti li dawn ir-riformi ser igibu wkoll titjib fil-kwalit'� tal-hajja tal-haddiema nfushom. Ma jistax ikun li minhabba l-pressjoni ta' xi membri, il-unions jibqghu jiddefendu prattici ta' xoghol immuffati u li ma jaghmlux sens fl-izvilupp accelerat li ghaddej.

Il-prova tal-kredibilt'� tal-Gvern tinsab fir-riforma li sehhet fil-laundry, illum maghrufa bhala il-KOS Ltd. Il-garr gustifikat li kienet tiggenera din is-sezzjoni, erba' snin ilu, illum gheb ghal kollox. Hadd m'ghadu jgorr fuq nuqqas ta' lozor, jew jintalab biex jiehu l-lozor mieghu mid-dar. Illum qed ikunu ffrankati eluf ta' liri f'xiri ta' bjankerija biex taghmel tajjeb ghal dawk li kienu jintilfu jew jinsterqu. Il-produttivit'� tal-haddiema f'din is-sezzjoni telghet bi 300%, il-haddiema tellghu il-kwalit'� fix-xoghol taghhom u t-taxpayer qed jiffranka mal-Lm200,000 kull sena. Il-flus iffrankati illum qed ikunu investiti f'servizzi ohra lill-pazjenti. Dan huwa garantit li ser isehh ukoll fit-taqsima tat-tindif ta' l-isptarijiet kif ukoll fit-taqsima ta' l-ikel.

Il-bini ta' l-Isptar il-Gdid u r-riformi fis-servizzi mhumiex bizzejjed, qal l-Onor. Louis Deguara. Hemm bzonn ta' riformi ohra. Fosthom fil-Kura Primarja li tizgura li jkun hemm kontinwit'� fil-kura b'kollaborazzjoni mas-settur privat. Izda dan mhux kollox. Hemm problemi fl-istrutturi tac-Centri tas-Sahha nfushom, ezempju ta' dan huwa c-Centru tas-Sahha tal-Gzira, li minhabba t-tarag ma joffrix l-accessibilit'� li wiehed jistenna li jkun hemm f'centru tas-sahha, hemm problemi biex ikun installat lift u biex ikun hemm espansjoni tas-servizzi. Hu ghalhekk li din l-amministrazzjoni nidiet programm ta' modernizzar u tkabbir fejn possibbli fic-centri tas-sahha, qal il-Ministru Deguara.

Il-ftuh mill-gdid tac-Centru tas-Sahha ta' Bormla segwa il-ftuh ta' Centri tas-Sahha godda f'Hal Qormi u B'Kara, tkabbir ta' dak tal-Furjana u mmodernizzar f'dak tal-Mosta. Matul din is-sena, qal il-Ministru Deguara ser jibda xoghol ta' immodernizzar fic-Centru tas-Sahha ta' Rahal Gdid.

Ix-xoghol fic-Centru tas-Sahha ta' Bormla ma kienx biss wiehed ta' immodernizzar, imma wkoll intuza l-ispazju fil-kumplamnet tal-bini biex jibdew jinghataw servizzi godda. Hemm post ukoll biex ikunu jistghu jigu provduti servizzi ohra fil-futur. Izda l-problemi ma naqsux, sostna Louis Deguara, specjalment f'dawk li huma rizorsi umani. Hu ghalhekk li l-ftuh tac-Centru ghalissa ser ikun b'hin u servizzi limitati. Hu ttamat li fis-sajf tkun tista' tiftah l-ispizerija wkoll ta' dan ic-centru.

Kien ikun ingust mal-poplu tal-Kottonera li jibqa' mcahhad mis-servizzi ta' dan ic-centru minkejja limitazzjoni ta' rizorsi umani, qal il-Ministru tas-Sahha.

Hu temm id-diskors tieghu billi rringrazzja lill-Kunsill Lokali ta' Bormla ghall-ghajnuna u l-kollaborazzjoni tieghu, kif ukoll lil dawk kollha involuti fl-ippjanar u t-twettiq tax-xoghol biex illum il-poplu tal-Kottonera jista' jgawdi dan ic-Centru tas-Sahha ta' livell hekk gholi.

1.02.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow