Left arrow Mur Lura

PREZENTAZZJONI TA' KOTBA TAL-MALTI LILL-KOMUNITAJIET MALTIN FL-AWSTRALJA

PR0117
Date Icon 01/02/2000

PREŻENTAZZJONI TA' KOTBA TAL-MALTI LILL-KOMUNITAJIET MALTIN FL-AWSTRALJA

Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ta kopji tal-kotba kollha tal-Malti użati fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju u sekondarju, flimkien ma' kotba oħra dwar l-ilsien Malti u kopji ta' CD bil-Malti, lir-rappreżentanti tal-komunitajiet tal-Maltin li jgħixu fl-Awstralja.

L-iskop wara dawn l-għotjiet hu biex l-ilsien Malti jinżamm ħaj fost il-Maltin emigranti u l-'enerazzjonijiet imnissla minnhom.

Fil-fatt, il-Ministeru ta' diversi kopji ta' dawn il-kotba u CD's bl-iskop li dawn jitpo''ew għall-użu f'diversi skejjel u istituzzjonijiet li fihom ulied emigranti Maltin jieħdu l-edukazzjoni tagħhom, kif ukoll f'istituzzjonijiet frekwentati mill-Maltin.

Il-preżentazzjoni saret mis-Sur Paul Attard, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u għaliha kien preżenti wkoll Dr. Paul Mifsud, Policy Coordinator fl-istess Ministeru.

1.02.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow