LAQGHA F'GHAWDEX DWAR IC-CITTADINANZA DOPPJA
LAQGHA F'GHAWDEX DWAR IC-CITTADINANZA DOPPJA
Il-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg iltaqa' ma' ghadd gmielu ta' Ghawdxin fejn spjega fid-dettall l-emendi li se jsiru fil-Ligi dwar ic-Cittadinanza, li se jwasslu biex ic-Cittadinanza Doppja ssir ir-regola u mhux l-eccezzjoni.
Ghal-laqgha li saret fil-Ministeru ghal Ghawdex fir-Rabat, attendew mijiet ta' residenti Ghawdxin, uhud imwieleda barra minn Malta, ohrajn li ghandhom genitur barrani, jew li ghandhom uliedhom b'cittadinanza doppja.
Il-Ministru spjega li l-emendi principali fil-ligi dwar ic-cittadinanza huma tlieta:
Min jaghlaq tmintax-il sena u jkollu cittadinanza doppja, mhux se jibqa' jintalab biex jaghzel li jzomm wahda u jirrinunzja ghall-ohra, izda se jibqa' jzommhom it-tnejn minghajr ma jitlef xejn.
Min fl-imghoddi kien Malti u tilef ic-cittadinanza Maltija biex jaghzel dik barranija, issa jista' jerga' japplika biex jakkwista c-cittadinanza Maltija minghajr ma jitlef dik barranija. Dawk li ilhom sitt snin jew aktar barra minn Malta u tilfu c-cittadinanza Maltija ghax hadu c-cittadinanza tal-pajjiz fejn marru jghixu, ic-cittadinanza Maltija terga' tinghatalhom lura awtomatikament, minghajr il-htiega li japplikaw ghaliha, u minghajr ma jitilfu dik barranija.
It-tielet kolonna tal-ligi l-gdida titratta z-zwigijiet bejn Maltin u barranin. Biex persuna barranija tapplika ghac-cittadinaza Maltija, issa trid tkun ilha mizzewga u tghix ma' persuna Maltija ghal mill-anqas hames snin. Wara dawk il-hames snin, dik il-persuna tkun tista' takkwista c-cittadinanza Maltija minghajr ma titlef dik barranija.
Il-Ministru Borg fisser ukoll emenda li saret fl-ahhar jiem wara laqgha li l-Gvern Malti kellu mal-komunit'� ta' l-emigranti Maltin. L-emenda titratta dawk li twieldu barra minn Malta minn omm Maltija bejn l-1964 u l-1989.
Bil-ligi Maltija ta' dak iz-zmien, jekk ikollok ommok Maltija u missier barrani u titwieled barra minn Malta ma kontx tikkwalifika biex tiehu c-cittadinanza Maltija. Il-Gvern, fl-1989, kien emenda din il-ligi u ta' c-cans biex jekk titwieled barra minn Malta, tkun tikkwalifika ghac-cittadinanza Maltija, kemm jekk missierek u kemm jekk ommok ikunu Maltin. It-tibdil fil-ligi issa, jaghti l-opportunit'� lil dawk li twieledu barra minn Malta minn omm Maltija qabel l-1989, li japplikaw biex jiehdu c-cittadinanza Maltija.
Dawn it-tibdiliet, spjega l-Ministru Borg qed iwettqu weghda elettorali ohra tal-Gvern prezenti li fil-Programm Elettorali tal-1998 kien wieghed li "jirrevedi l-ligi dwar ic-cittadinanza doppja li kien introduca Gvern Nazzjonalista bil-hsieb li din tigi aktar liberalizzata biex aktar persuni ta' nisel Malti jikkwalifikaw ghal dan id-dritt."
Il-Ministru Borg kellu c-cans ukoll iwiegeb ghadd ta' domandi li sarulu minn dawk prezenti. Huma laqghu tajjeb hafna t-tibdiliet proposti mill-Gvern.
Il-laqgha kienet indirizzata wkoll mill-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono. Hija rringrazzjat lill-Ministru Borg tal-laqgha li ghamel ma' l-Ghawdxin, filwaqt li rrikonoxxiet li proporzjonalment hemm aktar Ghawdxin milli Maltin, li l-ligi dwar ic-Cittadinanza tolqothom mill-vicin.
Ghal-laqgha attendew ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Intern, is-Sur Louis Cilia u d-Direttur tad-Dipartiment tac-Cittadinanza u l-Expatriate Affairs, is-Sur Joe Treeby Ward.
Laqgha simili ghall-Maltin se ssir nhar is-Sibt, 5 ta' Frar 2000, f'Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.
31.01.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN