Left arrow Mur Lura

INIZZJATTIVI DWAR KULTURA U EDUKAZZJONI MILL-KUNSILL LOKALI ŻABBAR

PR0106
Date Icon 28/01/2000

INIZZJATTIVI DWAR KULTURA U EDUKAZZJONI MILL-KUNSILL LOKALI ŻABBAR

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr Austin Gatt, qal li aktar m'hu qed jgħaddi ż-żmien, il-Kunsilli Lokali f'pajjiżna qed jifhmu dejjem aktar ir-rwol li għandhom fl-aspett soċjali, kulturali u edukattiv tal-lokalit'� tagħhom.

Huwa qal dan dal-għodu f'ċerimonja li matulha, il-Kunsill Lokali Żabbar għamel preżentazzjoni ta' ktieb intitolat "Żabbar – A Living History", pubblikazzjoni tal-istess Kunsill, li l-editur tiegħu hi d-Deputat Sindku stess, Dr. Myriam A. Sciberras.

Il-Ministru Gatt, li għamel l-introduzzjoni għal din il-pubblikazzjoni, faħħar din l-inizzjattiva għax tirrifletti l-impenn li għandu dan il-Kunsill Lokali li jxerred informazzjoni dwar l-istess lokalit'�.

F'ċerimonja oħra li saret ftit qabel, l-istess Kunsill Lokali Żabbar, iffirma ftehim mad-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi, li permezz tiegħu se jirriloka l-Librerija Lokali fiċ-Ċentru Ċiviku.

Il-Ministru Gatt assista għall-iffirmar ta' dan il-ftehim - is-sitt wieħed tax-xorta tiegħu. Huwa faħħar in-numru dejjem jikber ta' Kunsilli li qegħdin jidħlu għal dan il-ftehim, għax juri l-impenn tagħhom lejn l-aspett edukattiv fil-komunit'�; u kif ukoll lid-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi, li b'impenn kbir qiegħed juri li bis-serjet'� jemmen fir-rwol tal-Kunsilli Lokali fl-amministrazzjoni ta' dawn il-Libreriji.

28.01.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow