ĊERIMONJA TA' INVESTITURA TA' L-ORDNI NAZZJONALI TAL-MERITU U MIDALJA GĦALL-QADI TAR-REPUBBLIKA
ĊERIMONJA TA' INVESTITURA TA' L-ORDNI NAZZJONALI TAL-MERITU U MIDALJA G'�ALL-QADI TAR-REPUBBLIKA
L-E.T. Prof. Guido de Marco, President ta' Malta, illum ippresieda fuq iċ-ċerimonja ta' investitura ta' l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu u l-Midalja '�all-Qadi tar-Repubblika lis-Sur Ivan Magri-Overend M.O.M. u is-Sur Clemente Zammit M.Q.R.
Din iċ-ċerimonja saret illum peress li s-Sur Magri-Overend u s-Sur Zammit ma setgħux ji'u Malta biex jattendu għaċ-cerimonja uffiċjali li kienet saret nhar Jum ir-Repubblika, it-13 ta' Diċembru 1999.
Fiċ-ċerimonja ta' dalgħodu fejn 'ew onorati tnejn min-nies li ħadmu ħafna fost il-komunitajiet Maltin barra minn xtutna, il-President saħaq fuq l-importanza li tinżamm l-għaqda fost il-Maltin li emigraw minn Malta. Issa li l-li'i ser tippermetti lil dawn in-nies li japplikaw għal ċittadinanza doppja, ir-rabta ma' art twelidhom ser tkun ikbar.
Il-President qal li l-Maltin li jgħixu barra minn Malta għandhom rwol importanti ħafna - dak li jżommu relazzjonijiet tajbin bejn Malta u l-pajjiż fejn qed jgħixu.
"Kulfejn hemm Malti, hemm parti minn Malta tgħix fikom," qal il-Prof. de Marco.
_____________________
Informazjoni biografika:
Ivan Magri-Overend, Membru ta' l-Ordni tal-Meritu:
Personalita' ta' tlieta u tmenin sena ta' dixxendenza Maltija, għadu impenjat ferm f'attivitajiet tal-komunita' Maltija fl-Ingilterra. Kien involut ukoll f'attivitajiet simili tul is-sebgħa u tletin sena li għex fil-Kajr, fejn kien ukoll President ta' l-Assoċjazzjoni tal-Komunitajiet Maltin fl-E'ittu. Wara li mar jgħix Londra fl-1953, huwa ħadem biex itejjeb il-kundizzjonijiet tar-refu'jati Maltin matul il-kriżi tas-Suez. Fuq su''eriment tiegħu, fl-1968 saret l-ewwel Konvenzjoni ta' Emigranti Maltin. Minn dak iż-żmien 'il hawn żamm f'idejh l-inkarigu għall-pubblikazzjoni ta' newsletter li għadha toħro' kull tliet xhur u li titqassam fost l-emigranti Maltin f'diversi pajjiżi.
Clemente Zammit, Midalja '�all-Qadi tar-Repubblika:
Il-Konslu Ġenerali ta' Malta f-Victoria mill-1989 'il hawn. Qabel ma emigra lejn l-Awstralja fl-1984, kien daħal fis-Servizz Pubbliku u serva b'dedikazzjoni f'karigi differenti f'numru ta' ministeri u dipartimenti tal-Gvern. Kien ukoll segretarju tal-Kunsill tas-Saħħa, membru tal-Fakulta' tal-Mediċina u tal-Kirur'ija ta' l-Universita' ta' Malta u għalliem ta' l-Amministrazzjoni Pubblika. '�ad hawn ħafna hawn Malta li jiftakru l-kwalitajiet umani tiegħu u l-impenn għal xogħlu. F'Victoria huwa membru onorarju għal ħajtu ta' diversi għaqdiet Maltin u għadu kontributur regolari ta' programmi Maltin fuq ir-radju. Poeta u kittieb liriku li jikteb u jirrekordja xogħlijiet dwar art twelidu.
28.01.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN