Left arrow Mur Lura

IL-PROBLEMA TA' L-ISKART TRID TONQOS BIS-SEHEM TA' KULĦADD

PR0100
Date Icon 28/01/2000

IL-PROBLEMA TA' L-ISKART TRID TONQOS BIS-SEHEM TA' KUL'�ADD

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech ħe''e' lil dawk li jimmanifatturaw l-għamara biex joħolqu alleanzi bejniethom ħalli jkunu jistgħu jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom mhux biss fis-suq lokali iżda wkoll meta ji'u biex ifittxu swieq barra minn Malta.

Il-Ministru Zammit Dimech, li kien qed jitkellem fl-inawgurazzjoni tat-tielet edizzjoni tal-Fiera tal-Kċejjen u Kmamar tal-Banju fil-Kumpless tal-Fieri fin-Naxxar, qal li fil-preżent hemm mad-900 intrapriża li jimmanifatturaw l-għamara li huma re'istrati ma' l-IPSE għalkemm hu kalkulat li hemm mijiet oħra li jipproduċu l-għamara fuq bażi part-time.

Din l-industrija, li timpjega qrib 2,500 ħaddiem, tipproduċi b'aktar minn Lm25 miljun f'xogħol u għalhekk, kompla l-Ministru għall-Ambjent, il-Gvern hu impenjat li jagħtiha l-għajnuna kollha meħtie'a biex jgħinha tirrustruttura ħalli tkun tista' tilqa' għall-kompetizzjoni filwaqt li ttejjeb il-kwalit'� tal-prodott, li f'ħafna każi di''� jħabbatha sew ma' prodotti ta' barra.

Hu żied li di''� kien hemm xi kumpanniji li ssieħbu bejniethom bl-iskop li jidħlu fi swieq barranin u di''� rnexxielhom jieħdu sehem b'suċċess f'waħda mill-akbar fieri tal-għamara fil-Ġermanja.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li anki s-settur l-ieħor rappreżentat f'din il-fiera jipprovdi impjieg għal għadd kbir ta' ħaddiema, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom, għalkemm dan il-qasam jiddependi ħafna mill-importazzjoni.

Hu saħaq ukoll dwar il-ħtie'a li tiżdied il-kuxjenza favur l-ambjent, kemm billi tiżdied il-konservazzjoni fl-użu ta' l-ilma u l-ener'ija kif ukoll billi tonqos il-produzzjoni ta' l-iskart.

Il-Ministru Zammit Dimech innota b'sodisfazzjon li minkejja li inizjattivi favur il-konservazzjoni ta' l-ener'ija jistgħu j'orru piż finanzjarju, qed jiżdied l-użu ta' apparat li jikkonsma anqas ener'ija. Fost l-oħrajn semma l-użu akbar ta' solar water heaters uta' energy efficient bulbs li huma lampi tad-dawl li filwaqt li juru aktar jaħlu anqas.

Dwar l-iskart, il-Ministru Zammit Dimech qal li din hi problema kbira li teżisti f'kull pajjiż u bħalma qed ji'ri f'dawn il-pajjiżi, il-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu fi sforz biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema. Għamilha ċara, iżda, li s-soluzzjoni ma jistax isibha l-Gvern waħdu imma kulħadd irid jagħti sehmu. Dan is-sehem jista' jibda jingħata mid-dar stess, b'mod partikolari billi tonqos il-ħela u billi kull min għandu 'nien jibda hu stess jibdel l-iskart organiku f'kompost biex iħalltu mal-ħamrija.

Hu qal li wasal biex jitlesta x-xogħol fuq il-pjan dwar l-istrate'ija għall-immani''jar ta' l-iskart u li se jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' tnaqqis, użu mill-'did u riċikla''. Hu qal li dan il-pjan, li se jkun pubblikat fi żmien qasir, għandu jwassal, fost l-oħrajn għall-għeluq tal-miżbla tal-Magħtab, għall-ħolqien ta' landfills kontrollati, għall-immodernizzar ta' l-impjant tar-riċikla'' u li jittieħdu inizjattivi 'odda dwar l-użu ta' skart 'enerat mill-industrija tal-kostruzzjoni.

28.01.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow