Left arrow Mur Lura

EMENDA GHAL-LIGI DWAR IC-CITTADINANZA

PR0099
Date Icon 28/01/2000

EMENDA GHAL-LIGI DWAR IC-CITTADINANZA

Il-Gvern Malti accetta proposta tal-komunit'� ta' l-Emigranti Maltin sabiex jaghti c-cans lill-persuni mwielda barra minn Malta bejn l-1964 u l-1989 minn missier barrani u omm Maltija sabiex jakkwistaw ic-cittadinanza Maltija. Sal-lum minn twieled qabel l-1989 barra minn Malta, seta' jakkwista c-cittadinanza Maltija biss jekk missieru kien Malti.

Il-Gvern se jzid din l-emenda ma' l-emendi l-ohra importanti li qed jintroduci sabiex f'Malta c-cittadinanza doppja ssir ir-regola u mhux l-eccezzjoni. Dawn l-emendi - kif ukoll il-proposta fuq imsemmija - gew approvati unanimament mill-Kamra tad-Deputati fi stadju tal-Kumitat nhar l-Erbgha, bi qbil shih bejn il-Gvern u l-Oppozizzjoni.

It-Tielet Qari tal-Ligi se jsir nhar it-Tnejn, 31 ta' Jannar, 2000. B'din il-ligi, li mistennija tigi approvata unanimament mill-Parlament :-

  • kull Malti jista' jakkwista kull cittadinanza ohra barranija minghajr ma jitlef dik Maltija;

  • ghalhekk m'hemmx ghalfejn issir aktar ghazla fl-et'� ta' 18-il sena bejn passaport Malti u dak barrani;

  • kull min xi darba kellu c-cittadinanza Maltija u tilifha biex jakkwista dik barranija, jista' jerga' jakkwista c-cittadinanza Maltija minghajr ma jitlef dik barranija;

  • barranin mizzewgin Maltin jakkwistaw ic-cittadinanza biss wara hames snin miz-zwieg li fihom iridu jghixu flimkien bhala koppja mizzewga;

  • barranin mizzewgin Maltin ghal mill-anqas hames snin, jistghu jakkwistaw ic-cittadinanza Maltija minghajr ma jitilfu dik barranija;

  • persuni imweldin barra minn Malta bejn l-1964 u l-1989 minn missier barrani u omm Maltija jistghu isiru cittadini Maltin. Sal-lum dawk imwielda wara l-1989 biss kellhom dan id-dritt.

Dawn it-tibdiliet qed iwettqu weghda elettorali ohra tal-Gvern prezenti.

28.01.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow