STQARRIJA KONGJUNTA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI RESPONSABBLI MIZ-ZGHAZAGH U L-KUNSILL NAZZJONALI TAZ-ZGHAZAGH DWAR IT-TNEDIJA TAS-SEGRETARJAT TAL-MEDITERRANEAN YOUTH FORUM
STQARRIJA KONGJUNTA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI RESPONSABBLI MIZ-ZGHAZAGH U L-KUNSILL NAZZJONALI TAZ-ZGHAZAGH DWAR IT-TNEDIJA TAS-SEGRETARJAT TAL-MEDITERRANEAN YOUTH FORUM
Dalghodu fis-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport, l-Onor. Jesmond Mugliett ipprezenta ufficjalment, f'isem il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, is-Segretarjat tal-Mediterranean Youth Forum ghas-sitt xhur li gejjin. Fl-istess waqt huwa ghadda donazzjoni ta' apparat ta' kompjuter gdid lill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh.
Din il-prezentazzjoni hija l-ewwel wahda tax-xorta taghha minn mindu dahal fis-sehh il-progett Youth Net 2000. Fid-diskors tieghu, l-Onor Mugliett qal li dan huwa l-progett tal-millennju minn naha tas-Segretarjat, fejn qieghed jigi pprezentat apparat ta' kompjuter, flimkien ma' tahrig, lill-organizazzjonijiet taz-zghazagh li japplikaw ghal progett partikolari li minnu jibbenefikaw iz-zghazagh.
L-Onor. Mugliett qal li dan il-progett qieghed jitnieda llum, bi prezentazzjoni lill-oghla organizzazzjoni li tahdem favur iz-zgahzagh, jigifieri l-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, minhabba li dan l-apparat ser jghinhom fil-progett taghhom tas-Segretarjat tal-Mediteranean Youth Forum.
Dan is-Segretarjat jippromwovi lil Malta bhala hub ghal diskussjoni f' nofs il-Mediterran u jgib flimkien id-diversi idejat u kulturi differenti taz-zghazagh mir-regjun. Dan kollu jghin sabiex tissahhah din it-tip ta' komunikazzjoni bejn ir-regjun u l-Mediterranean Youth Forum, li ghalih kienet strumentali l-Unjoni Ewropea li sservi ghal dan il-ghan ukoll.
L-Onor. Jesmond Mugliett semma wkoll id-diversi programmi ghaz-zghazagh li toffri l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta' l-Ewropa u qal li s-Segretarjat huwa minn ta' quddiem biex jippromwovi dawn it-tip ta' programmi fost iz-zghazagh.
Minn naha tieghu, il-President tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, Alessandro Farrugia, irringrazzja lill-Onor. Mgliett ghal din id-donazzjoni u qal li l-programm Youthnet 2000 jamalgama tajjeb ma' l-avvanzi teknologici tal-lum il-gurnata minhabba li apparat bhal dan huwa indispensabbli ghall-hidma taghhom.
Dan specjalment fid-dawl tal-fatt li l-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh applika ghas-Segretarjat tal-Mediterranean Youth Forum. Minkejja l-fatt li dan is-Segretarjat ilu Malta minn Mejju 1998, hija l-ewwel darba li l-European Commission ser taghti l-fondi lill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, u ghalhekk lil Malta, biex jigi attwat dan il-progett fid-dawl tal-Politika Nazzjonali taz-Zghazagh li tindirizza wkoll l-isfera internazzjonali u tippromwovi l-partecipazzjoni reciproka fid-diversi oqsma bejn iz-zghazagh Maltin u ohrajn Mediterranji.
L-objettivi tal-Mediterranean Youth Forum huma li jkun hemm partecipazzjoni u opportunitajiet indaqs ghall-membri tieghu; li jigu zgurati l-paci, id-demokrazija, il-libert'�, id-drittijiet umani, l-izvilupp u stabbilit'� fir-regjun Ewro-Mediterranju u biex jigi kkreat djalogu u mobilit'� f'dan ir-regjun.
Il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh ser ikun qieghed jikkordina dan ix-xoghol kollu mal-Kunsill ta' l-Ewropa, Unjoni Ewropea u istituzzjonijiet ohra kif mitlub mill-Mediterranean Youth Forum.
Dan il-progett li ghalih qeghdin jinghataw il-fondi ghall-ewwel darba jinvolvi laqgha preparatorja, is-seminar ewlieni, u laqgha evalwattiva ta' dan kollu. Wara din ta' l-ahhar is-Segretarjat, fi tmiem is-sitt xhur tieghu, jghaddi f'idejn pajjiz iehor.
Il-President tal-Kunsill, Alessandro Farrugia, ikkonkluda billi qal li l-Kunsill miexi sew fil-hidma tieghu u jippromwovi bis-shih il-generazzjoni zghazugha. Il-Kunsill ghandu jnissel forza pozittiva fiz-zghazagh; forza pozittiva li ggielna nharsu 'l quddiem ghall-bidla.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN