STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SAHHA PUBBLIKA
STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SAHHA PUBBLIKA
Id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika jixtieq jinforma lir-residenti f'Haz-Zebbug (Malta) li joqghodu f'dawn it-toroq:
Triq Loret Cutajar; Triq N. Sant; Triq il-Qoton; Triq Fuqqanija; Triq il-Mahlug u Triq in-Newl
li wara li saru diversi analizi fuq l-ilma tax-xorb matul dawn il-granet kemm fil-laboratorju ta' Dipartiment tas-Sahha Pubblika, kif ukoll mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-ilma, li l-kwalit'� ta' l-ilma giet ghan-normal.
Madankollu, id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika jirrakkomanda biex l-ilma mahzun fit-tankijiet ta' fuq il-bjut, f'dawk ir-residenzi fit-toroq imsemmija, ghandu jitbattal u dawn it-tankijiet jitnaddfu.
Izda dan id-Dipartiment jinforma lir-residenti li joqghodu f'dawn it-toroq :
Triq Ganni Bonnici bejn Triq Luret Callus u Triq Hal-Mula; Triq G. Lorenzi; Triq l-Indipendenza bejn Triq Wied Qirda u parti minn Triq Hal-Mula; Triq Hal-Mula bejn Triq l-Indipendenza u Triq is-Siggiewi;Triq Ta' Ghaqba; Triq il-Fraxxnu; Triq it-Taqtiegha; Triq Abram Gatt; Triq l-Eroj; Triq Watar; Triq G. Cilia; Triq il-Poezija; Triq ir-Raddiena; Triq il-Poeta Nazzjonali; Triq Wied Qirda; Triq Daqqaq it-Tajjar; Triq is-Siggiewi bejn Triq il-Poezija, Triq Luret Callus u Triq il-Hofra u Triq Dun Luret Callus bejn Triq is-Siggiewi u Triq Ganni Bonnici
li sakhemm johrog avviz iehor huma mgharfa biex ma juzawx l-ilma ghax-xorb, ghall-igjene personali, ghat-tisjir u hasil ta' platti jew hwejjeg. L-ilma jista' jintuza biss ghal bzonnijiet sanitarji.
Ufficjali mid-Dipartiment tas-Sahha Pubblika ser ikomplu ghaddejjin bl- investigazzjonijiet sakemm is-sitwazzjoni tigi ghan-normal anki f'dawn it-toroq.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN