Left arrow Mur Lura

SISTEMA TA? REĠISTRAZZJONI GĦALL-KUNTRATTURI

PR0066
Date Icon 21/01/2000

Permezz tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini beda l-proċess biex f'pajjiżna tiddaħħal sistema ta' re'istrazzjoni għal dawk il-kuntratturi li jipprovdu xi forma ta' servizz relatat ma' l-industrija tal-kostruzzjoni.

Dan ħabbru llum il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech f'konferenza ta' l-aħbarijiet li matulha tnieda r-rapport annwali tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC), għas-sena li għaddiet.

Hu qal li di''� tfasslet policy paper minn working group maħtur mill-BICC flimkien mas-Segretarjat fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, li minbarra li tistħarre' din il-materja, tipprovdi linji 'enerali ta' gwida għall-implimentazzjoni.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan qed isir għax il-Gvern jagħraf l-importanza li jkun hawn aktar organizzazzjoni u responsabbilt'� fost dawk li joffru kwalunkwe tip ta' servizz.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-industrija tal-kostruzzjoni, meqjusa bħala l-fulkru ta' l-ekonomija ta' pajjiżna, tirrikjedi r-rieda u s-siner'ija bejn il-Gvern, l-awtoritajiet, is-settur privat u l-pubbliku. Għalhekk wieħed jifhem ir-rilevanza ta' ħidmet il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini.

Hu żied li dan il-Kunsill ħadem ħafna matul is-sena li għaddiet biex i'ib lill-industrija tal-kostruzzjoni 'l quddiem u biex ifittex ukoll soluzzjoni għal problemi li jinqalgħu minn żmien għal żmien.

Semma, fost l-oħrajn, li matul is-sena li għaddiet dan il-Kunsill kien strument importanti fil-proċess tar-riforma ta' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar. Hu qal li, permezz ta' l-imsieħba fi ħdanu, il-Kunsill issottometta rakkomandazzjonijiet importanti, li wħud minnhom di''� kienu diskussi fil-Parlament filwaqt li oħrajn qed ikunu implimentati. Hu enfasizza l-ħtie'a li matul din is-sena, il-BICC ikompli jieħu sehem bi sħiħ fit-tfassil tal-Pjani Lokali biex b'hekk dawn ikunu jirriflettu l-ħti'iet li tirrikjedi l-istess industrija fiż-żminijiet tal-lum.

Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għall-istudju li l-Kunsill nieda flimkien mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħri' biex ikunu mistħarr'a s-snajja' li tirrikjedi l-industrija. Filwaqt li iddeskriva dan l-istudju bħala pass importanti ħafna, hu qal li l-istudju wera li hawn nuqqas kbir ta' ħaddiema u ċertifikazzjoni f'diversi oqsma partikolari. Qal ukoll li di''� bdew l-aran'amenti meħtie'a mal-ETC biex din is-sitwazzjoni tkun indirizzata permezz ta' l-involviment tal-Gvern u l-privat fit-tfassil ta' apprendistat u taħri' meħtie'.

Hu irrifera wkoll għall-kampanja kontinwa li qegħda ssir mill-Kunsill favur is-saħħa u s-sigurt'� fil-post tax-xogħol u, filwaqt li fakkar li l-Gvern jinsab fil-proċess li jwaqqaf Awtorit'� għas-Saħħa u s-Sigurt'� biex jinforza dan il-kunċett, qal li l-BICC għandu jkun promotur ewlieni li jsaħħaħ u jsawwar din il-kultura fost l-industrija tal-bini.

Il-Ministru Zammit Dimech tenna li d-dħul ta' l-Awtorit'� tad-Djar fil-Bord Konsultattiv tal-BICC matul is-sena li għaddiet għandu jitqies bħala pass importanti peress li l-qasam tad-djar f'pajjiżna jikkostitwixxi sehem importanti fl-industrija tal-bini. Hu qal li dan ħare' biċ-ċar matul il-konferenza li nieda l-BICC f'Novembru li għadda, fejn kienu mistħarr'a dawk il-fatturi li qed jinfluwenzaw l-prezz ta' l-art f'pajjiżna. Hu żied li permezz tal-parteċipazzjoni ta' kulħadd, għandna naslu għal strate'iji u soluzzjonijiet aċċettabbli.

Dwar ir-regolamenti l-'odda tal-bini, hu qal li, b'talba tal-BICC stess, il-Gvern ippermetta estensjoni tal-perjodu ta' konsultazzjoni, li kienet vitali biex l-introduzzjoni u t-tħaddim ta' dawn ir-regolamenti ma jkunux ta' xkiel għall-istess industrija.

Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll li bħalissa qed tkun ikkunsidrata pożittivament talba biex l-Union '�addiema Magħqudin (U'�M) tibda tifforma parti mill-Bord Konsultattiv tal-BICC.

Fl-aħħarnett, hu semma li permezz tal-BICC u rappreżentanza tal-Gvern qed ikun mistħarre' aktar mill-qrib il-kunċett ta' Public Private Partnership, bil-ħsieb li tinħoloq strate'ija li tippermetti kollaborazzjoni aktar faċli bejn il-Gvern u l-privat. Hu qal li dan hu konformi ma' l-impenn tal-Gvern favur politika li tinvolvi aktar mill-qrib lill-privat fi pro'etti ta' natura kapitali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow