Left arrow Mur Lura

COTTONER GATE SE JIGI RESTAWRAT

PR0061
Date Icon 20/01/2000

COTTONER GATE SE JIGI RESTAWRAT

Il-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg qal li wahda mill-gahwar li hemm fil-Birgu - Cottoner Gate - mistenni jigi restawrat mill-Fondazzjoni Wirt Artna.

F'cerimonja qasira li saret dal-ghodu fil-Birgu, il-Gvern ta permess lill-Fondazzjoni biex tirrestawra u tuza Cottoner Gate, maghruf ahjar min-nies tal-lokal bhala "Bieb is-Sultan."

"Bieb is-Sultan", li l-isem originali tieghu huwa "Notre Dame", inbena mill-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Gwann fl-1675 bhala parti mill-Cottonera Lines. Kien uzat ukoll waqt l-okkupazzjoni Ingliza meta fl-1830, mal-bieb zdiedu zewg wings ohra biex jakkomodaw l-infanterija.

Wara l-gwerra, il-bieb ghadda f'idejn il-Gvern Civili. Il-bini tqassam f'diversi partijiet u kien iservi bhala diskoteka, kwartieri tal-iscouts u fabbrika tal-ghamara.

Il-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg, fil-prezenza tad-Direttur Generali tal-Artijiet, is-Sur John Sciberras u l-Agent Direttur tad-Divizjoni ta' l-Artijiet, is-Sur Albert Mamo, dal-ghodu ghadda c-cwievet tal-post lid-Direttur Ezekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna, is-Sur Mario Farrugia, li se tirrestawra mill-gdid Cottoner Gate ghall-istat originali tieghu.

Waqt ic-cerimonja, grupp ta' voluntiera mill-Fondazzjoni Wirt Artna, lebsin ilbies ta' l-epoka, ghamlu parata simbolika u sparaw tiri ghall-okkazjoni. Prezenti ghac-cerimonja kien hemm ukoll rapprezentanti tal-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow