Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-QUALITY SERVICE CHARTER FIC-CENRTU TAS-SAHHA TA' HAL QORMI

PR0059
Date Icon 20/01/2000

IMNIEDI L-QUALITY SERVICE CHARTER FIC-CENRTU TAS-SAHHA TA' HAL QORMI

Matul din is-sena ser jibda x-xoghol biex jigi mmodernizzat u mkabbar ic-Centru tas-Sahha ta' Rahal Gdid.

Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt l-inawgurazzjoni tal-Quality Service Charterfic-Centru tas-Sahha ta' Hal Qormi.

Bir-riformi li qed isehhu fil-qasam tas-sahha, is-servizz provdut mid-Dipartiment tal-Kura Primarja ser ikun wiehed sinjifikanti u krucjali. Il-fatt li l-ewwel Quality Service Charters imnedija fid-Divizjoni tas-Sahha qed ikunu proprju fic-Centri tas-Sahha, jirrifletti l-politika tal-Gvern li l-qasam tal-Kura Primarja ghandu jkun il-bazi tas-servizz tas-sahha f'pajjizna, qal Louis Deguara. Hu kompla jghid li s-success tar-riformi fil-qasam tas-sahha jiddependu mis-success tat-tibdiliet li jridu jsehhu fil-Kura Primarja.

Il-Gvern huwa kommess li lil dan il-qasam jaghtih l-importanza li tabilhaqq jisthoqqlu. Il-Ministru tas-Sahha sostna li fis-snin li ghaddew saru diversi proposti dwar kif dan il-qasam jista' jigi riformat u msahhah. Sal-lum minhabba diversi ragunijiet u cirkostanzi, ghadha ma nstabitx dik il-formola li tista' tabilhaqq taghti servizz ta' Kura Primarja komprensiv, li tizgura mhux biss il-kwalit'� imma wkoll il-kontinwit'� tal-kura. Il-Gvern jemmen ukoll li biex is-servizz tal-Kura Primarja jkun tassew komprensiv, jehtieg li jkun hemm kollaborazzjoni u koperazzjoni shiha bejn is-servizzi moghtija mill-Gvern u dawk moghtija mill-privat. Ghalhekk, qal il-Ministru Deguara, saru u ghad iridu jsiru, izjed diskussjonijiet dwar ir-riformi mehtiega f'dan il-qasam.

L-Onor. Deguara qal li din ir-riforma ma hix wahda facli. Minkejja d-diversi diffikultajiet li qed jiltaqa' maghhom dan il-qasam, b'mod specjali l-problemi li jezistu fil-qasam tar-rizorsi umani, il-pubbliku qed jigi moqdi mil-ahjar mod possibbli. Minkejja dawn id-diffikultajiet, l-impenn lejn servizz ta' kwalit'� lill-klijent mhux biss qieghed hemm, izda qed jigi dikjarat u kommess fi Quality Service Charters.

L-impenn tal-Gvern f'dan il-qasam huwa rifless ukoll fl-izvilupp u l-immodernizzar ta' l-infrastruttura li minnha jrid jinghata dan is-servizz. Il-Ministru Deguara qal li c-Centru tas-Sahha ta' Hal Qormi kien mibni proprju ghall-iskop biex minnu jinghataw servizzi fil-Kura Primarja. Minbarra l-bini ta' dan ic-centru nbena wkoll ic-Centru tas-Sahha ta' B'Kara u gie immodernizzat u mkabbar ic-Centru tas-Sahha ta' Bormla, li ser ikun inawgurat fl-1 ta' Frar. Barra minn hekk saru ukoll diversi progetti ta' modernizzar, kemm fic-Centri tas-Sahha, kif ukoll fid-diversi Bereg imxerdin fil-bliet u rhula f'Malta. Dawn l-izviluppi ghandhom jitqiesu bhala investiment fl-infrastruttura li tkun mehtiega biex ikun jista' jinghata servizz ahjar fil-livell tal-Kura Primarja.

Filwaqt li awgura li permezz tal-Quality Service Charter f'Hal Qormi l-pubbliku jkun moqdi ahjar, il-Ministru Deguara qal li matul din is-sena mistenni li jkun imniedi Quality Service Charter iehor fic-Centru tas-Sahha tal-Mosta.

Fil-gimghat li gejjin l-appuntamenti fic-Centru tas-Sahha ta' Hal Qormi ser jibdew isiru permezz ta' sistema komputerizzata. Fil-jiem li ghaddew fl-istess centru beda jinghata servizz ta' konsulent mediku u ghalhekk ma baqax il-bzonn ta' attendenzi fic-Centru tas-Sahha tal-Furjana ghar-residenti li jkopri c-Centru tas-Sahha ta' Hal Qormi. Permezz ta' dan is-servizz dawk li jkollhom bzonn jibdlu l-kartuna s-safra ser ikunu jistghu jinqdew fi zmien gimgha minflok gimghatejn.

20.01.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow