Left arrow Mur Lura

TNAQQIS TA' TAXXA MILL-PENSJONI TAS-SIGURTA' SOCJALI

PR0053
Date Icon 19/01/2000

TNAQQIS TA' TAXXA MILL-PENSJONI TAS-SIGURTA' SOCJALI

Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni hass li ghandu jiehu l-passi mehtiega biex jilqa' t-talba ta' eluf ta' pensjonanti li sal-1997 kienet titnaqqsilhom it-taxxa tad-dhul mill-pensjoni taghhom taht is-sistema tal-PAYE. Dan ma baqax isir meta fl-1998 dahlet is-sistema tal-FSS (Final Settlement System). Ghal dawn l-ahhar sentejn dawn il-pensjonanti kellhom ihallsu t-taxxa jew taht is-sistema tat-taxxa provvizorja jew ihallsu t-taxxa kollha f'daqqa meta jibaghtu l-formola tat-taxxa. Dan kien qed ikun ta' skomdu u skarigg zejjed ghal dawn il-pensjonanti.

Id-Dipartiment kellu konsultazzjonijiet mal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani dwar l-arrangamenti u l-procedura li se tkun addottata biex dan ikun jista' jsehh. It-taxxa dovuta fuq il-pensjonijiet se tibda tinqata' mill-pensjoni tas-Sigurta' Socjali. Dan it-tnaqqis se jkun japplika ghal dawk il-pensjonanti li d-dhul taghhom mill-pensjoni tas-Sigurta' Socjali u minn xi pensjoni ohra jkun jaqbez it-Lm 3,000 fil-kaz ta' pensjonanti wahedhom jew Lm 4,000 fil-kaz ta' pensjonanti mizzewga u jghixu flimkien.

Gie deciz li t-tnaqqis tat-taxxa jibda jsir mill-hlas tal-pensjoni tas-Sigurta' Socjali ghax-xahar ta' Frar li gej. Kulmin se jkollu dan it-tnaqqis se jkun infurmat individwalment mid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali.

Waqt laqgha ta' konsultazzjoni li delegazzjoni mill-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani kellha mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u mad-Direttur tas-Sigurta' Socjali, il-membri tal-Kunsill Nazzjonali qajmu wkoll il-kwistjoni ta' dawk il-pensjonanti li ghad ghandhom 'assessments' ghas-snin l-imghoddija li ghadhom ma nhadmux u ghalhekk mhumiex f'pozizzjoni li jkunu jafu ezattament f'hiex jinsabu. Il-Kunsill Nazzjonali ghamel talba f'isem dawk il-pensjonanti li se jibda jkollhom it-tnaqqis tat-taxxa mill-pensjoni biex id-dipartiment jiehu l-passi mehtiega biex dawn il-persuni jkunu aggornati fl-'assessments' taghhom. Id-dipartiment qabel li jaghmel dak kollu possibbli biex dawn il-pensjonanti jkunu aggornati fl-'assessments' taghhom sa l-ahhar ta' din is-sena, u jsir kull sforz halli pensjonanti li ghandhom jiehdu taxxa lura tithallas lilhom fl-istess perijodu.

19.01.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow