Left arrow Go Back

AKTAR KOPERAZZJONI BEJN KUNSILLI LOKALI

PR0051
Date Icon 19/01/2000

AKTAR KOPERAZZJONI BEJN KUNSILLI LOKALI

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, qal li l-koperazzjoni bejn diversi Kunsilli Lokali sabiex flimkien jipprovdu servizzi lir-residenti tagħhom huwa fattur pożittiv – l-aktar meta din il-koperazzjoni hija waħda li 'ejja minnhom stess u m'hija bl-ebda mod imposta mill-Gvern.

Huwa qal dan meta kien qed jassisti għall-iffirmar ta' l-ewwel ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali tal-Gżira, '�amrun, Msida, Piet'� u Ta' Xbiex, li permezz tiegħu dawn l-istess Kunsilli qed jiftiehmu li flimkien se jipprovdu is-servizz ta' re-instatement tat-toroq wara xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.

Il-Ministru Gatt qal li għalkemm fl-ewwel snin tal-eżistenza tagħhom, il-Kunsilli Lokali kienu aktar iffukati li jistabbilixxu l-identit'� u s-sens ta' appartenenza lejn il-lokalit'�, illum qed ikunu kreattivi u jaraw kif jistgħu jikkolaboraw flimkien ma' Kunsilli oħra sabiex jagħtu servizz aħjar, filwaqt li jnaqqsu l-ispiża finanzjarja tagħhom.

"Oqsma bħal m'huma dawk edukattivi u soċjali għandhom jibdew ikunu trattati b'dan il-mod, sabiex ma nirduppjawx riżorsi," kompla Dr. Gatt.

Huwa faħħar lill-grupp tal-Kunsilli tal-Gżira, '�amrun, Msida, Ta' Xbiex u Piet'�, li qed ikunu dejjem minn ta' l-ewwel li jwettqu dawn il-ftehim u dawn il-pro'etti u li dawn jagħmel unur lilhom u lir-residenti tagħhom.

Qabel ma kien iffirmat il-ftehim mis-Sindki rispettivi, saret introduzzjoni mis-Sindku tal-Piet'�, Dr. Malcolm Mifsud – chairperson tal-Kumitat Kon'unt iffurmat bl-istess ftehim, u kif ukoll saret preżentazzjoni qasira dwar x'ifisser dan il-ftehim mis-Sur Maurice Caruana – adviser tal-ministru responsabbli mill-Gvern Lokali.

Din l-okkażjoni hija parti mill-Ġimgħa dwar il-Kunsilli Lokali li għaddejja bħalissa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow