Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI

PR0050
Date Icon 19/01/2000

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI

Il-Ministeru ghall-Politika Socjali jirreferi ghall-istqarrija mahruga mill Kelliema ta' l-Oppozizzjoni ghall-Affarijiet Socjali, dwar it-tragedija li sehhet nhar il-Hadd, 16 ta' Jannar 2000, fil-kerrejja Nru 22, Triq il-Kapuccini, il-Floriana.

Huwa ta' ghajb li f'pajjizna hawn min jipprova jisfrutta sitwazzjoni tragika biex jipprova jaghmel xi gwadann politiku.

Il-verit'� dwar dan il-kaz, tikxef realt'� li pajjizna ilu jiffaccja. Jezistu postijiet li huma proprjet'� ta' sidien privati u jinsabu abbandunati, jew inkella jinsabu fi stat perikoluz u li fihom jghixu n-nies. Is-sidien qieghdin jircievu l-kera imma qieghdin jirrifjutaw li jaghmlu t-tiswijiet necessarji.

Ir-responsabbilt'� li taqa' fuq spallejn dawn is-sidien hija kbira u ma jistghux ifarfru din ir-responsabbilt'� fuq haddiehor.

L-argument tas-sidien huwa li l-ligijiet tal-kera ghandhom bzonn jigu rrangati. Dan huwa veru. Imma wiehed irid ifakkar li dig'� saru passi importanti 'l quddiem tant li l-1995 saru t-tibdiliet fil-ligijiet tal-kera li taw drittijiet godda u importanti lis-sidien.

Kien ittamat li dawn it-tibidiliet kienu ser jifthu s-suq tal-kera ta' postijiet privati. Sal-lum, ir-rizultat ma kienx dak li kien mixtieq u minflok qed insibu sitwazzjoni fejn in-numru ta' postijiet li jibqghu vojta u abbandunati qieghed jizdied minflok li jonqos. Dan qed johloq cirkostanzi fejn postijiet privati abbandunati jikkawzaw perikolu ghall-postijiet ohra ta' ma' gembhom li jkunu effettwati minn dan l-abbandun.

Biex il-Gvern jinkoragixxi lis-sidien privati, intuzat strategija li tinkoragixxi lis-sidien. Fosthom wiehed jista' jsemmi d-decizjoni li titnehha l-ligi tar-rekwizizzjoni u tindifen darba ghal dejjem. Dan il-Gvern huwa kommess li jirrispetta d-drittijiet tas-sidien privati u ddikjara diversi drabi li s-sistema tar-rekwizizzjoni ta' postijiet privati spiccat darba ghal dejjem. Il-pajjiz kollu jittama li l-Kelliema ta' l-Oppozizzjoni jaghmlu l-istess stqarrija car u tond u bla tlaqliq ta' xejn.

Dan il-Gvern iddecieda wkoll li jwessa kemm jiflah l-iskemi li jezistu, biex sidien privati jew l-inkwilini stess jinghataw ghajnuna finanzjarja sostanzjali biex jirrangaw il-postijiet taghhom. Qatt daqs illum ma kien hemm skemi generuzi daqshekk. Izda ghad hawn min jippreferi jhalli l-post abbandunat u ma jirrangahx biex ikun jista jbieghu. U ghad hawn min jippreferi jibqa' jghix fil-perikolu biex ma jitlifx ic-cans li jiehu post tal-Gvern gdid.

Dan il-Gvern kompla wkoll jinvesti fil-bini ta' postijiet godda u fi progetti ta' riabilitazzjoni. Fil-fatt hemm numru ta' progetti ghaddejjin. Imma hemm numru iehor ta' progetti li ghadhom ma jistghux jitwettqu ghaliex is-sidien qieghdin jitolbu prezzijiet esagerati biex jaghddu l-proprjet'� ghand il-Gvern, jew inkella ghaliex l-inkwilini stess jirrifjutaw l-akkomodazzjoni alternattiva li tkun giet offruta lilhom.

L-istorja tal-progett ta' rijabilitazzjoni fil-blokk ta' bini f'Triq il-Kapuccini, il-Floriana, hija mzewqa b'dawn it-tip ta' diffikultajiet. F'dan il-post kien hemm numru ta' persuni registrati bhala residenti, izda kien jezisti s-suspett li seta' kien hemm abbuz ghall-skopijiet ta' beneficcji socjali li jithallsu jekk il-persuna tkun qed tghix ghal rasha.

Kemm l-amministrazzjoni precedenti, kif ukoll dik tal-lum, ghamlu hilithom biex jippruvaw jivverifikaw il-fatti, halli jaqtghu l-abbuz u halli ma jkunx hemm min japprofitta ruhhu ghal skapitu ta' haddiehor. Hekk kellu jsir ghaliex wara kollox il-post kien u ghadu proprjet'� privata u kienu ser jithallsu eluf ta' liri f'kumpens, barra milli kellhom jinstabu postijiet alternattivi ghal dawk li kienu residenti genwini ta' dan il-blokk.

Fil fatt, jirrizulta li d-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali ghamel hiltu biex jidentifika postijiet alternattivi biex il-persuni nvoluti jkunu jistghu johorgu mill-post halli jibda l-progett. L-informazzjoni migbura sal-lum tindika li l-offerti li saru gew rifjutati mill-inkwilini, min ghal raguni u min ghal ohra.

Il-Ministeru jenfasizza l-fatt li alavolja dan kien post ta' sidien privati li ghadhom jircievu l-kera sal-lum, id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali dahal mill-ewwel biex jghin il-familji milquta u offrielhom akkomodazzjoni ta' emergenza u issa qieghed jipprova jsib soluzzjoni permanenti. Hekk ukoll kien ghamel ma' 25 il-familja li sfaw bla dar fil-maltempata li sehhet bejn it-28 ta' Novembru u t-2 ta' Dicembru 1999.

Kull wahda minn dawk il-familji gew offruti akkomodazzjoni alternattiva. Dan kien ifisser li huma qabzu lil dawk il-familji kollha li kienu ilhom jistennew biex jigu offruti akkomodazzjoni alternattiva. Il-familji kollha accettaw l-offerta li saret, hlief familja wahda li irrifjutat sahansitra tlett offerti ta' postijiet f'Bormla, fil-Belt u fil-Mosta.

Ghalhekk mhux veru li l-Gvern qieghed jinjora lil dawn il-familji. Hija bil-kritika ingusta u b'din l-attitudni negattiva li l-Kelliema ta' l-Oppozizzjoni qed jaghzlu li minflok juzaw din ic-cirkostanza sabiex jikkontribwixxu ghal soluzzjoni li ghandu bzonn pajjizna, qieghdin ghal darb'ohra jaghzlu triq ghad-dannu ta' l-interess nazzjonali tal-pajjiz u ta' dawk li jinsabu fil-bzonn.

19.01.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow