Left arrow Mur Lura

Ghawdex ifakkar jum is-sigar

PR0047
Date Icon 18/01/2000

Jum is-Sigar f'Ghawdex gie mfakkar nhar il-Gimgha, 14 ta' Jannar 2000, bi programm ghall-istudenti u b'tahwil ta' sigar fi Triq l-Imgarr, Xewkija.

Fil-programm li ttella fil-Farm Sperimentali ta' l-Agrikoltura fix-Xewkija, inqraw poeziji ta' poeti Ghawdxin fosthom Mary Meilak, Gorg Pisani u Anton Buttigieg, inqrat essay dwar is-Sigar u n-Natura minn Sarah Grima, studenta tal-Form 5 fil-Junior Lyceum ‘Agius de Soldanis' u saru diskorsi mis-Sur Mario Camilleri, Sindku tal-lokalit'� tax-Xewkija u mis-Sur Joseph A. Portelli, Direttur fid-Dipartiment ghall-Progetti u Zvilupp f' isem il-Ministru ghal Ghawdex.

F' messagg li baghtet l-Onor. Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex lill-istudenti, hi qalet li dan il-jum ghandu jaghtina l-opportunit'� li nitfghu harsitna fuq aspetti ta' hajjitna u fuq hwejjeg li ghandna madwarna li hafna drabi – minhabba l-istil ta' hajja mghaggel li qed nghixu- ftit naghtu kaz, bhall-ambjent ta' madwarna u b'mod partikolari is-sigar. Illum, il-bniedem permezz tax-xjenza sar jaf aktar x'inhu u kif jahdem l-ambjent ta' madwaru. Il-bniedem tghallem ukoll x'konsegwenzi ggib maghha l-qerda tan-natura.

Il-Ministru Debono ssoktat li kulhadd jista' jaghti sehem ghat-tkattir tas-sigar u li Ghawdex, ghalkemm hu maghruf ghall-indafa u l-kampanja sabiha tieghu, ghad ghandu bzonn li jitkattru s-sigar. Hi hegget partikolarment lill-istudenti biex flimkien ma' l-ghalliema taghhom, f'dan il-jum, jiehdu inizjattivi huma stess ta' kif isebbhu l-iskejjel taghhom u l-lokalitajiet li jghixu fihom. Il-Ministru semmiet ukoll l-impenn tas-Sezzjoni ta' l-Agrikoltura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex, ghat-tisbieh tat-toroq u l-gonna u t-tkattir tas-sigar fil-gzira.

Hija stiednet lil kulhadd biex ghall-anqas darba f'sena, f' Jum is-Sigar, kulhadd jara kif jista' jaghti l-kontribut tieghu, zghir kemm hu zghir, ghat-titjib ta' l-ambjent ta' madwarna u t-tkattir tas-sigar fil-gzira ta' Ghawdex.

Fl-ahhar tal-programm, is-Sur Joseph Portelli, f' isem il-Ministru qassam xtieli lill-istudenti kollha prezenti.

Fl-okkazjoni ta' dan il-jum, gew imhawla wkoll tlett sigar kbar tal-palm fi Triq l-Imgarr, ix-Xewkija.

18.01.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow