IL-BDIL TAL-BOZOZ TAT-TOROQ MILL-KUNSILLI LOKALI MISTENNI JIDBA FI FRAR
IL-BDIL TAL-BOZOZ TAT-TOROQ MILL-KUNSILLI LOKALI MISTENNI JIDBA FI FRAR
Il-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, tard il-bierah wara nofinshar habbar li aktar tard din il-gimgha, il-Kunsilli Lokali tal-Gzira, Hamrun, Msida, Piet'� u Ta' Xbiex se johorgu sejha ghall-offerti ghal kuntratturi privati li huma interessati li jwettqu t-tibdil tal-bozoz tat-toroq f'isem il-Kunsilli msemmija.
B'hekk nittamaw li, jekk kollox imur kif programmat, dan is-servizz jibda jinghata fi Frar,” kompla Dr. Gatt. Huwa qal dan meta assista ghall-iffirmar ta' Ftehim ta' Koperazzjoni bejn sitt Kunsilli Lokali ohra - dawk tal-Gharghur, Mellieha, Mgarr, Mosta, Naxxar u San Pawl il-Bahar - li ftiehmu li jibdew jaghtu huma wkoll, dan is-servizz ta' Manutenzjoni tad-Dawl tat-Toroq.
Il-Ministru Gatt qal li s-sitwazzjoni fejn il-Kunsilli kienu qeghdin jaqilghu kritika ghal servizz li ma kienux responsabbli ghalih ma setghetx tkompli u ghalhekk, il-Gvern zviluppa din il-politika sabiex ir-residenti jinqdew ahjar. Fi kliem iehor,” kompla Dr. Gatt, darba jkun ingaggat il-kuntrattur, it-tibdil tal-bozoz ezistenti jibda jsir mill-Kunsilli Lokali u mhux mill-Enemalta – bidla li ghandha twassal ghal tnaqqis kbir fiz-zmien li llum jittiehed biex tinbidel bozza maqtugha.”
Il-Ministru awgura li gruppi ohra ta' Kunsilli jaqblu li jilhqu ftehim simili bhal dak iffirmat illum, biex b'hekk id-delega tinfirex u s-servizz ikun ta' beneficcju ghall-lokalitajiet l-ohra.
Intant, dal-ghodu, il-Ministru Gatt assista ghall-iffirmar ta' ftehim iehor – din id-darba ghall-amministrazzjoni ta' librerija lokali minn naha tal-Kunsill Lokali Gzira. Permezz tal-ftehim iffirmat illum, il-Kunsill se jippartecipa fit-tmexxija tal-Librerija Lokali li qieghda fl-Iskola Primarja, fejn fost l-ohrajn se jaghti kompjuter u access ghall-Internet.
Dr. Gatt fahhar in-numru dejjem jikber ta' Kunsilli li qeghdin jidhlu ghal dan il-ftehim, ghax juri l-impenn taghhom lejn l-aspett edukattiv fil-komunit'�.
Dawn iz-zewg okkazjonijiet jiffurmaw parti mill-Gimgha dwar il-Kunsilli Lokali li ghaddejja bhalissa.
18.01.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN