SE JITHEJJA MASTER PLAN GHALL-KOTTONERA
SE JITHEJJA MASTER PLAN GHALL-KOTTONERA
Bhala parti mill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera se jithejja master plan dwar xoghlijiet ta' restawr u konservazzjoni u dwar il-management ta' l-erba' lokalitajiet koperti minn dan il-Progett.
Dan qalu l-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalghodu zar katina ta' xeltrijiet tal-gwerra li hemm fl-inhawi ta' Couvre Porte, fil-Birgu u li qed ikunu mnaddfa u riabilitati mill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
Il-Ministru Zammit Dimech spjega li x-xoghol li qed isir f'dawn ix-xeltrijiet, li thaffru fi zmien l-ahhar gwerra, hu parti minn progett aktar wiesa' biex ikun riabilitat il-Foss tal-Birgu. Barra tindifa generali, fil-Foss se jinbena passa'', se jithawlu sigar u pjanti u se ssir sistema gdida ta' floodlighting.
Hu qal li hemm ippjanati xoghlijiet ohra fil-Birgu, inkluz it-tigdid ta' l-inhawi ta' Couvre Porte, ir-restawr tal-paviment tal-qawwi fl-inhawi ta' Collacchio u tal-knisja parrokkjali, ir-restawr u l-uzu mill-gdid tal-Berga ta' Franza, ir-restawr tal-faccata ta' Couvre Porte u r-restawr tal-kampnar ta' San Lawrenz u ta' l-Armerija.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li dawn ix-xoghlijiet jiffurmaw parti minn pjan ta' hidma li thejja mill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera ghat-tliet snin li gejjin.
Hu qal li l-Kumitat responsabbli minn dan il-Progett, li rega' kien kostitwit fis-sajf tas-sena li ghaddiet u li fih rapprezentanza qawwija tal-Kunsilli Lokali, dig'� ta spinta lil diversi progetti fil-lokalitajiet li jiffurmaw il-Kottonera u beda jahseb biex permezz ta' pjan fit-tul, il-Kottonera tinghata dehra li jixirqilha b'titjib ambjentali, restawr ta' monumenti u bini storiku u progetti ohra li l-iskop ewlieni taghhom hu li jtejjeb il-kwalit'� tal-hajja tar-residenti.
17.01.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN