GHAJNUNA FINANZJARJA GHALL-INIZJATTIVI KULTURALI FIL-MINISTERU GHAL GHAWDEX
GHAJNUNA FINANZJARJA GHAL INIZJATTIVI KULTURALI FIL-MINISTERU GHAL GHAWDEX
Permezz ta' skema mnedija mill-Kunsill tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ghal ghawdex, ghaqdiet u individwi ghawdxin qed igawdu minn ghajnuna finanzjarja ghal inizjattivi kulturali li saru matul is-sena li ghaddiet. ghal darba ohra, il-Ministeru qed jirrikonoxxi u jghin organizazzjonijiet u individwi li hadu inizjattivi ta' natura kulturali matul is-sena li ghadha kif spiccat.
Din l-iskema qed igawdu minnha artisti ghawdxin li tellghu wirjiet, fosthom fis-swali tal-Ministeru ghal ghawdex u f'postijiet ohrajn ukoll barra minn Malta. Qeghdin igawdu minnha wkoll baned u korijiet, li minbarra l-isforz kontinwu biex itejbu r-reportorju taghhom, uhud minnhom ghamlu sforz akbar u hargu wkoll barra minn xtutna u taw kuncerti f'pajjizi barranin. Diversi ghaqdiet qeghdin jinghataw ghajnuna ghal rapprezentazzjonijiet teatrali kemm fuq il-palk kif ukoll ghal rapprezentazzjoni li saru fl-apert.
Il-Ministru ghal ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono qalet illi dawn l-inizjattivi fil-qasam kulturali juru li sar sforz kollettiv sabiex il-kultura f'ghawdex tkompli miexja ‘l quddiem u ssir aktar accessibli kemm ghall-pubbliku lokali kif ukoll ghall-barranin li jzuruna matul is-sena kollha. Il-Ministru Debono qalet li f'ghawdex tispikka l-hidma volontarja f'diversi oqsma, fosthom dawk kulturali, socjali, edukattivi u religjzui. Kien proprju ghalhekk illi l-Ministeru ghal ghawdex qed jipprepara sabiex jiftah centru ghall-ghaqdiet mhux Governattivi, li ser ikun l-ewwel wiehed tat-tip tieghu f'Malta u ghawdex.
Il-Ministeru ghal ghawdex jinkoragixxi lill-organizazzjonijiet u individwi li jahdmu fil-qasam kulturali sabiex jistabbilixxu kuntatti barra minn xtutna bil-ghan li dawn l-inizjattivi jigu maghrufa u apprezzati barra minn Malta. Il-Ministeru ghal ghawdex qed jiehu sehem fil-progett "Les Fetes du Soleil", progett finanzjat mill-Unjoni Ewropea li permezz tieghu il-festi popolari taghna ser ikunu reklamati f'bosta pajjizi, li huma wkoll ghandhom festi li jigbdu ghadd kbir ta' turisti, bhal Sienna u Versailles.
Matul is-sena li ghaddiet 38 ghaqda u individwu bbenefikaw minn LM7,000 li tqassmu f'din l-iskema.
11.01.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN