RIFORMA FL-UFFICJU TA' L-AVUKATI GHALL-GHAJNUNA LEGALI.
RIFORMA FL-UFFICJU TA' L-AVUKATI GHALL-GHAJNUNA LEGALI.
Il-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, habbar li l-Gvern se jiehu diversi mizuri sabiex issehh riforma fl-Ufficcju tal-Avukat ghall-Ghajnuna Legali. Huwa habbar dan f'konferenza tal-ahbarijiet li saret dal-ghodu, fl-ufficcju tieghu fil-Parlament.
Dr. Gatt spjega kif l-ghan tar-riforma huwa dak li l-iStat ikompli jipprovdi servizz ta' ghajnuna legali fi struttura amministrattiva efficjenti, li tkun kapaci tuza ahjar ir-rizorsi umani ezistenti, li tikkontrolla l-ispiza tal-Gvern u li fl-istess hin telimina l-abbuz li kien qed isehh fl-ahhar snin.
Dan ghaliex, zied il-Ministru, sal-lum il-procedura kienet dik li fuq diversi livelli kien qed ikun hemm jew abbuz, jew nuqqas ta' efficjenza fis-servizz li jinghata.
Huwa ghamel referenza ghad-diversi problemi attwali, fosthom:
* Fil-Qorti tal-Magistrati zviluppat prattika, fejn certi avukati kienu qed jidhru fl-Awla ma' persuni akkuzati u jiddikjaraw li ma jistghux isibu avukat tad-difiza taghhom. B'hekk l-iStat kien qed ihallas l-ispiza taghhom spiza li fl-1998 telghet ghal ftit aktar minn Lm46,000, filwaqt li fl-1999 laghqet madwar Lm61,000.
* Il-Lista ta' avukati u prokuraturi legali nominati bhala kuraturi ghal persuni assenti u kif ukoll dawk mahtura ex-ufficio, sal-lum laghqet in-numru assurd ta' 46 avukat u 21 prokuratur legali. Dawn kienu jithallsu somma nominali ta' Lm210 fis-sena, minhabba l-fatt li ghandhom dhul iehor dirett minn kawzi li jkunu qed jaghmlu fil-kapacita taghhom ta' kuraturi.
* Fil-Qorti Kriminali, hemm ammont ta' kawzi li l-Avukat ghall-Ghajnuna Legali wahdu ma jistax ilahhaq mieghu.
* Li hija kontradizzjoni li l-Ufficcju tal-Avukat ghall-Ghajnuna Legali jifforma parti mill-Ufficcju tal-Avukat Generali, ghaliex diversi drabi dawn jispiccaw jkunu avversarji ta' xulxin.
Il-Ministru Gatt sostna li dawn il-problemi kienu diskussi ma' dawk kollha involuti, fosthom ma' l-Avukat ghall-Ghajnuna Legali, Dr. Joe Mifsud, u l-proposti ghal din ir-riforma kienu approvati mill-Kabinett tal-Ministri fil-laqgha tieghu tal-bierah, it-Tnejn 10 ta' Jannar 2000.
Ir-riforma tinkludi:
* Li r-responsabbilita tal-Ufficcju ta' l-Avukat ghall-Ghajnuna Legali ma tibqax taht l-Ufficcju ta' l-Avukat Generali izda tkun kompetenza tad-Dipartiment tal-Gustizzja li se jitwaqqaf akar tard din is-sena.
* Li l-Avukat ghall-Ghajnuna Legali se jkun responsabbli wkoll ghall-Ghajnuna Legali quddiem il-Qorti tal-Magistrati.
* Li jkun mahtur Assistent Avukat ghall-Ghajnuna Legali li jissostitwixxi lill-Avukat ghall-Ghajnuna Legali kemm billi jattendi b'mod regolari l-ufficcju sabiex jipprocessa talbiet ghall-ghajnuna legali, kif ukoll sabiex jattendi 'urijiet bhala avukat difensur.
* Li jkunu mahtura 12-il avukat f'Malta u 2 f'Ghawdex ex-ufficio u 6 Prokuraturi Legali f'Malta u 6 f'Ghawdex ex-ufficio, li minbarra li jkunu mahtura fuq bazi ta' rotation fil-Qorti Civili sabiex jirraprezentaw persuni assenti u persuni li jkollhom dritt ghall-ghajnuna legali mill-iStat; iridu wkoll jirraprezentaw persuni intitolati ghall-istess dritt fil-Qorti tal-Magistrati. Il-hlas nominali ta' dawn se jizdied ghal Lm500 fis-sena filwaqt li se jibqa' d-dritt li jzommu l-hlasijiet marbuta mal-kawzi civili li jkunu qed jagħmlu fil-kapacit'� taghhom ta' kuraturi, u se jintghazlu wara sejha pubblika li se ssir aktar tard din il-Gimgha.
Il-Ministru Gatt temm jghid li din ir-riforma hija konformi mal-'Convention on the International Access to Justice' ta' l-Unjoni Ewropeja u barra minn hekk se tkun qed tnaqqas l-ispiza tal-Gvern minn total annwali ta' Lm74,000 ghal madwar Lm20,000 tnaqqis sostanzjali li mhux talli mhux se jnaqqas il-kwalita tas-servizz, izda se jzid l-efficjenza u l-accountability minn dawk kollha koncernati.
11.01.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN