Left arrow Mur Lura

STAQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA

PR0023
Date Icon 10/01/2000

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA

Bl-istqarrija mahruga llum dwar l-indafa fl-Isptar San Luqa, il-Partit ta' l-Oppozizzjoni ghal darb'ohra ikkonferma li ghalkemm bil-paroli jghid li jaqbel mal-bzonn tar-riformi, il-fatti juru bil-maqlub.

Il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar is-Sahha permezz ta' l-istqarrija tieghu qed juri bic-car li l-Partit ta' l-Oppozizzjoni huwa kontra l-introduzzjoni ta' sistema efficjenti ta' tindif, li barra li tgholli l-livell ta' l-indafa, igawdu minnha l-haddiema involuti u tiffranka lill-poplu Malti aktar minn Lm0.5 miljun fis-sena. Tajjeb li wiehed ifakkar li sa mill-bidu kemm il-G.W.U. kif ukoll l-U.H.M. , li jirrapprezentaw lill-haddiema ta' din is-sezzjoni, kienu favur din ir-riforma u d-Divizjoni tas-Sahha sabet il-koperazzjoni taghhom kollha biex din ir-riforma tibda issehh.

Tajjeb li wiehed ifakkar li l-Oppozizzjoni ikkritikat ukoll ix-xiri ta' apparat specjalizzat biex fil-waqt li jiffacilit'� t-tindif, jiffranka t-tbaghtija lill-haddiema.

L-Onor. Farrugia, bhala ex-Ministru tas-Sahha, messu jaf li l-Health Assistants fil-job description taghhom ghandhom inkluz ukoll it-tindif. Huwa ghalhekk li numru ta' Health Assistants intalbu jiffurmaw parti mill-kompliment tal-cleaners.

Il-Ministeru tas-Sahha jichad kategorikament l-allegazzjoni, bhas-soltu bla bazi, maghmulha mill-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni li l-haddiema qed jintaghzlu skond il-kulur politiku taghhom u jirriserva d-dritt li jiehu passi legali jekk dawn l-allegazzjonijiet jigu ripetuti.

Bhala mizura temporanja harget ukoll cirkolari biex dawk il-haddiema li volontarjament jixtiequ jahdmu overtime fuq xoghol ta' tindif ikunu jistghu jaghmlu dan. Il-fatt li kien hemm haddiema li offrew li jaghmlu hekk juri bic-car il-volonta` u l-impenn tal-haddiema tas-settur tas-sahha li jikkolaboraw fl-implimentazzjoni ta' din ir-riforma tant bzonjuza. Dan jigri biss meta l-haddiema jkunu kuntenti fuq il-post tax-xoghol taghhom u jhossuhom verament partecipi fir-riformi li qed tniedi d-Divizjoni tas-Sahha.

Din l-Amministrazzjoni dejjem refghet ir-responsabilta` ta' kull decizjoni li hadet u hekk ser terga' taghmel f'dan il-kaz. Id-Divizjoni kienet iddikjarat publikament li qed tanticipa problemi fil-bidu ta' l-implimentazzjoni ta' din ir-riforma. Huwa fatt ukoll li l-propaganda qarrieqa tal-Partit ta' l-Oppozizzjoni permezz tal-mezzi tax-xandir tieghu dwar allegat nuqqas ta' indafa fl-Isptar San Luqa ma humiex konfermati minn dawk kollha li qed ikunu ta' kuljum fl-Isptar.

Id-dmir ta' shadow Minister responsabbli hu li fil-kritika tieghu jkun kostruttiv u joffri soluzzjonijiet alternattivi. Sal-lum dan ghazel li jkun distruttiv biss.

10.01.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow