L-GENERAL WORKERS? UNION TINSISTI BIEX TINGHATA INFORMAZZJONI LI DIGA GHANDHA
IL-GENERAL WORKERS' UNION TINSISTI BIEX TING'�ATA INFORMAZZJONI LI DIĠA G'�ANDHA
Illum, 6 ta' Jannar il-GWU harget stqarrija ghall-Istampa biex tghid li bghatet ittra lill-Prim Ministru halli tfakkru fit-talba tagha ghal-laqgha biex jigi diskuss il-mizuri mhabbra fil-Budget ghas-sena 2000. Dan minkejja li l-GWU diga kellhom konferma tad-data u l-hin ta' din il-laqgha.
Il-GWU kienet talbet din il-laqgha fit-2 ta' Dicembru 1999. B'ittra datata 7 ta' Dicembru 1999, is-Segretarjat tal-Prim Ministru informa lil-GWU li "l-Gvern qaghad attent hafna li l-mizuri mhabbra (fil-Budget) ma jkunux piz li ma jifilhux ghalih dawk li ser igorruh, kuntrarjament ghal dak li sar fis-snin recenti imghoddija". Fl-ittra intqal ukoll li l-Prim Ministru kien lest jiltaqa' mal-GWU f'Jannar. Il-GWU kienu mitluba jikkommunikaw mas-Segretarjat ta' l-Ufficcju tal-Prim Ministru fil-bidu ta' din is-sena sabiex jigi iffissat l-appuntament.
Fil-fatt wara nofs in-nhar tal-5 ta' Jannar waslet ittra tal-GWU bl-idejn fis-Segretarjat tal-Prim Ministru. F'din l-ittra s-Sur Tony Zarb, talab li jinghata data u hin ghal-laqgha. Is-Sur Zarb talab sabiex il-laqgha ssir qabel is-16 ta' xahar peress li hu flimkien ma' membri ta' l-Amministrazzjoni centrali ser ikunu l-Ingliterra bejn is-16 u t-22 ta' dan ix-xahar.
Illum kmieni wara nofs in-nhar, is-Segretarju tal-Prim Ministru cempel lis-Sur Tony Zarb, Segretarju Generali tal-GWU u informah li l-laqgha bejn il-Prim Ministru u l-GWU kienet ser isir nhar it-Tlieta 25 ta' Jannar fil-1000 ta' filghodu.
Tlett sighat wara il-GWU harget stqarrija biex tghid li ser tkompli tinsisti biex il-laqgha mal-Prim Ministru isir.
Wiehed ma jifhiemx ghalfejn il-GWU qed tinsisti permezz ta' l-Istampa biex tinghata nformazzjoni li diga ghandha. Jidher li l-GWU ghandha problemi ta' kommunikazzjoni nterni. Jista' jkun ukoll li l-GWU trid tohloq storja ghal skopijiet ulterjuri.
Li hu zgur hu li hadd u xejn mhu ser izomm lill-Gvern milli jilhaq il-miri tiegħhu u jassigura l-ahjar futur għhall-pajjiz.
06.01.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN