Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA? L-AGRIKOLTURA U SAJD, BI TWEGIBA GHALL-ISTQARRIJA TAT-3 TA? JANNAR TA? L-ONOR. NOEL FARRUGIA

PR0015
Date Icon 06/01/2000

Fl-istqarrija tieghu tat-3 ta' Jannar 2000, l-Onorevoli Noel Farrugia rega' ipprova jimmisinforma lill-bdiewa u rahhala Maltin u Ghawdxin rigward il-futur taghhom meta Malta tkun membru shih ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Onor. Farrugia ibbaza l-argumenti tieghu fuq suppozizzjoni immaginarja ghaliex mhux veru dak li qal li l-Gvernijiet Maltin ma jkunux jistghu jissussidjaw l-agrikoltura. Anzi il-bdiewa u rahhala Maltin ikunu jistghu jibbenefikaw minn hekk imsejjha direct payments u income supplements li huma tip ta' ghajnuna li qatt hadd ma holom li l-bdiewa u rahhala Maltin setghu kienu ntitolati ghalihom.

Mhux veru lanqas li l-UE tirregola l-kwantit'� ta' majjal li nistghu nipproducu. Kull ma tinsisti ghalih l-UE hu li l-ambjent ghandu jigi mhares billi jigi mdahhal kodici ta' "Good Agricultural Practices".F'dan il-kuntest il-kwota tal-majjal tkun tista' titkompla.

Dwar id-dhul ghall-bdiewa u r-rahhala, wiehed irid jifhem li dan id-dhul ivarja minn pajjiz ghal iehor fl-Unjoni Ewropea, dejjem skond ic-cirkostanzi tal-post, u skond l-efficjenza u l-bzulija tal-bidwi u r-rahhal partikolari li jvarjaw minn pajjiz ghal iehor, kif ukoll minn individwu ghal iehor. Wiehed ma jistax jifhem ghaliex l-Onorevoli Farrugia dejjem jaghzel li jqabbel il-pozizzjoni tal-bidwi u r-rahhal Malti mal-medjokru u mhux mal-kompetenti u l-biezla. Dan ikompli jirrifletti n-nuqqas ta' fiducja ta' l-Oppozizzjoni fil-haddiem Malti u Ghawdxi.

Fl-ahharnett tajjeb wiehed jifhem l-inkonsistenza ta' l-istqarrijiet ta' meta minn naha jinghad li l-bdiewa u r-rahhala jdahhlu anqas filwaqt li min-naha l-ohra jinghad li l-konsumatur ihallas aktar ta' l-istess prodott li tieghu il-produttur ser idahhal inqas!

Il-verit'� hi li bit-tnehhija tal-levies il-konsumatur ihallas anqas ghaliex il-prezzijiet jonqsu, filwaqt li l-produttur permezz ta' l-income supplements u d-direct payments jigi mghejjun jikkompeti f'dan l-ambjent u b'hekk ma jkollu l-ebda tnaqqis fil-qliegh tieghu.

 06.01.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow