Mizuri ta' kontingenza ghal Y2K jidhlu fis-sehh fl-Isptar San Luqa
Illum, it-Tnejn 27 ta' Dicembru 1999, fl-Isptar San Luqa dahlu fis-sehh il-mizuri ta' kontingenza ghas-servizzi tas-sahha tal-Gvern biex jilqghu ghal kwalunkwe eventwalit'? li tista' ssehh mat-tibdil tad-data fl-ahhar tas-sena.
Minn centru ta' kontroll gewwa l-Isptar San Luqa, numru ta' staff li gew imharrga fil-jiem li ghaddew, qeghdin jikkoordinaw ma' l-isptarijiet u c-Centri tas-Sahha ta' Malta u Ghawdex u mad-diversi taqsimiet l-ohra tad-Divizjoni tas-Sahha. F'dan l-ezercizzju qed jigu sorveljati l-apparat, il-makkinarju u s-servizzi kollha tas-sahha f'pajjizna. Ic-Centru qieghed ukoll izomm ruhu aggornat ma' dak li qed jigri madwar id-dinja, fejn jikkoncerna il-qasam tas-sahha, in konnessjoni mat-tibdil tad-data fl-ahhar tas-sena.
Ic-centru gewwa l-isptar San Luqa jirraporta b'mod regolari lic-Centru Nazzjonali ta' Kontingenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Dawn il-mizuri jilhqu l-qofol taghhom bejn il-31 ta' Dicembru 1999 u t-2 ta' Jannar 2000. Il-Pjan ta' Kontingenza jibqa' fis-sehh sal-5 ta' Jannar 2000.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN