Ftuh ta' Taqsima gdida fl-Isptar Generali t'Ghawdex
Fil-pjanijiet oriġinali li saru għall-Isptar Ġenerali t''Għawdex kien hemm maħsub Dipartiment għall-Isterilizzar ta' l-għodod ta' l-operazzjonijiet, iżda kellhom jgħaddu iktar minn tletin sena biex dan isir realta. B'konsegwenza ta' dan, l-apparat użat fl-operazzjonijiet kien qiegħed jittieħed għall-isterilizzar fl-Isptar San Luqa, f'Malta.
Wara rapport imħejji apposta dwar il-bżonn ta' Dipartiment ta' l-Isterilizzar fl-Isptar Ġenerali, ġie deċiż li jsiru pjani ġodda biex fl-iqsar żmien possibbli dan jinfetaħ f'Għawdex. Fi żmien relattivament qasir sar ix-xogħol kollu meħtieġ biex illum l-Isptar t'Għawdex għandu Central Sterile and Supplies Department mgħammar bl-iktar teknoloġija avvanzata.
F'diskors fl-okkażjoni ta' l-inawgurazzjoni tas-CSSD fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna Debono, ferħet lill-ħaddiema ta' l-istess dipartiment li ħadmu huma stess ix-xogħol ta' ħatt u bini ta' 'ebel, tikħil u tqegħid ta' madum u xogħol ieħor relatat ma' ilma u elettriku.
Il-Ministru Debono spjegat kif l-ispiża ta' madwar sittin elf lira li ntefqet f'dan id-dipartiment hija parti minn programm sħiħ u ippjanat ta' refurbishment fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Dan il-programm ta' xogħlijiet qed jitwettaq taħt is-superviżjoni tas-Superintendent ta' l-Isptar Dr A. Livori u tal-Kunsill tas-Saħħa li fil-ftit xhur kemm ilu mwaqqaf ħadem bis-sħiħ biex is-servizzi tas-saħħa f'Għawdex jiġu 'l quddiem.
Il-Ministru Debono, filwaqt li emfażizzat l-urġenza ta' dipartiment bħas-CSSD fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, speċjalment biex jinżammu l-ogħla livelli ta' iġjene u sikurezza, appellat ukoll lill-ħaddiema ta' din it-taqsima, li wħud minnhom ġew imħarrġa wkoll barra minn Malta, biex iżommu l-ogħla standard possibbli fis-servizzi li jagħtu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN