Left arrow Mur Lura

Stqarrija mahruga mid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi

PR1991
Date Icon 21/12/1999

Id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi jirreferi ghal artikolu li deher fil-gurnal L-Orizzont tal-harga tal-bierah 20 ta' Dicembru 1999, pagna 8, fejn gie allegat li saret persekuzzjoni fil-konfront ta' l-ex-Assistant Manager tal-Habs Aaron Haroun u li din saret mid-Direttur attwali.

Il-persuna fuq indikata kellha kuntratt definit ta' xoghol ghal tliet snin. Kien fis-17 ta' Gunju, 1998, taht l-Amministrazzjoni precedenti, li d-Direttur ta' dak iz-zmien kien kiteb lill-istess persuna u informaha li l-kuntratt taghha ma kienx ser jigi mgedded ghar-ragunijiet imsemmija fl-istess ittra.

Ghalhekk kwalunkwe argument li n-nuqqas ta' tigdid tal-kuntratt kien b'xi mod marbut ma' l-incident tal-harba ta' El Zabi li grat erbatax -il xahar wara, hu biss frott tal-fantasija.

Il-process li wassal ghan-nuqqas ta' tigdid tal-kuntratt, liema process inbeda taht l-amministrazzjoni precedenti, intemm meta l-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku, ikkonfermat id-decizjoni ta' l-Awtoritajiet tal-Habs taht zewg amministrazzjonijiet differenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow