Organizzazzjoni ahjar tas-swieq u l-ottimizu tan-negozju
"Hdimna biex norganizzaw is-swieq u issa wasalna biex niddiskutu l-fazi ta' l-implementazzjoni mal-partijiet kollha kkoncernati li jinkludu l-Kunsilli Lokali u l-Assocjazzjoni tal-Bejjiegha tal-Monti." Dan qalu l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici f'lagha li kellu mas-Sindku ta' Bormla, is-Sur Joe Carbonaro, fil-Kunsill Lokali ta' Bormla.
L-Organizazzjoni tas-Swieq ser tkun tfisser fost ohrajn: qisien uniformi ghal kulhadd u ghal kull lokalita'; aktar gharfien ghall-htiega ta' l-indafa; u responsabbilta u rispett lejn ir-residenti fit-toroq ta' fejn jarma' l-Monti.
L-ewwel ezercizzju ta' implementazzjoni qed issir fi Triq Merkanti il-Belt, fejn dawn ser jigu moghtija kundizzjonijiet godda, filwaqt li qed isir l-infurzar biex jigu mharsa l-qisien tal-posti u l-htiega ta' l-indafa.
Din il-hidma ser tkun tinvolvi wkoll riorganizazzjoni fis-sistema tal-parking ta' Strada Merkanti u tahseb biex ikun hemm hinijiet fejn Strada Merkanti tkun Pedestrian Zone, u b'hekk maghluqa ghat-traffiku.
Is-Segretarju Parlamentari rrimarka b'sodisfazzjon rigward l-ottimizmu li hawn fis-suq fejn kif mistenni, f'dawn l-okkazjonijiet ta' festi, hawn ritmu tajjeb ta' negozju. Dawk li huma organizati qeghdin jiehdu semhom. F'dawn il-granet tispikka l-armonija fin-negozju u jidher li kulhadd qed ihares lejn il-gejjieni b'fiducja, fejn l-incertezza m'ghadiex tidher li qed tahkem is-suq f'dan is-settur.
B'xhieda ta' dan, is-Segretarju Parlamentari ikkwota l-ahhar statistika mahruga mid-Dipartiment ta' l-Istatistika fejn giet irrapportata zieda fin-numru fis-settur tas-Self-Employed kif ukoll zieda fin-numru ta' dawk li jahdmu maghhom.
Is-Segretarju Parlamentari jghid li dan is-settur minkejja li ma jinvolvi l-ebda spiza zejda ta' nvestiment lill-Gvern, wera li kapaci jespandi u johloq l-impjiegi. Ghaldaqstant irridu naraw li l-espansjoni f'dan is-settur tkun ir-rizultat ta' ppjanar bil-ghaqal biex ikollna negozji sostenibbli u mhux finta.
Is-Segretarju Parlamentri ha din l-okkazzjoni biex idur il-bejjiegha tas-Suq tal-Birgu u jawguralhom il-Festi t-Tajba.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN