Il-Prim Ministru jirringrazzja lill-Kapijiet tas-Servizz Pubbliku
Waqt li kien qed jindirizza lill-kapijiet ta' Dipartimenti tal-Gvern, Korpi Parastatali, Kummissjonijiet u Organizzazzjonijiet ohra fil-Berga ta' Kastilja, il-Prim Ministru qal li meta nharsu lura lejn is-sena li ghaddiet ghandna biex inkunu sodisfatti. Spiss nilmentaw li m'ahniex efficjenti, minghajr ma naraw dak li ahna tassew efficjenti fih. Din is-sena kellna c-cans naraw x'inhuma l-aspetti pozittivi fis-settur pubbliku meta waqt il-process ta' screening qabel jibdew in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, id-delegazzjonijiet Maltin dejjem hargu bl-unuri. Dan minkejja li meta mqabbla mal-pajjizi applikanti kollha, kemm dawk li bdew jinnegozjaw u kemm dawk li ser jibdew jinnegozjaw is-sena d-diehla, bdejna l-process ta' screening taghna tard.
Il-process ta' screening ghallimna wkoll li ahna kapaci nwettqu dak kollu li hemm bzonn isir fis-snin li gejjin. Irridu nharsu 'il quddiem u naraw is-sena li gejja bhala sena ta' opportunitajiet.
Il-Prim Ministru qal li fl-informatika qed nghixu rivoluzzjoni. L-izviluppi huma mghagglin u din ir-rivoluzzjoni ser tkompli tbiddilna b'mod mghaggel u ser ukoll tibdel il-mod kif jahdem il-Gvern. Il-Gvern hu konxju mit-tibdiliet li jridu jsiru fid-dinja tal-globalizazzjoni.
Il-globalizazzjoni m'hix ghazla, izda necessita'. Il-Prim Ministru qal li ghandu fiducja fis-servizz pubbliku Malti li jlahhaq mat-tibdil mehtieg. Huwa rringrazzja lill-ufficcjali pubblici ghal hidmiethom matul is-sena li ghaddiet u qal li hu perswaz li b'mod generali dawn jirrispondu ghall-bzonnijiet tal-pajjiz.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN