Left arrow Mur Lura

Inawgurat is-servizz ta' Meals on Wheels f'Ghawdex

PR1986
Date Icon 20/12/1999

Permezz ta' ftehim bejn il-Ministeru ghal Ghawdex, il-Moviment Azzjoni Socjali u l-Hbieb tal-Morda u l-Anzjani f'Ghawdex, il-persuni anzjani jistghu jibdew jaghmlu uzu mis-servizz tal-Platt Shun.

F'Ghawdex, ilha hafna tinhass il-htiega li jigi offrut dan is-servizz li f'Malta ilu jinghata ghal dawn l-ahhar tmien snin. Permezz ta' dan is-servizz, li ser jinghata matul is-sena kollha, inkuz fil-Hdud u l-Festi Pubblici, l-anzjani Ghawdxin li ma ghandhomx igawdu livell ta' indipendenza fil-hajja taghhom ta' kuljum u ghalhekk ma jkunx possibli ghalihom li jsajjru fuq bazi regolari, issa ghandhom il-possibilit'? li jircievu ikla bnina u nutrijenti fi djarhom stess. L-anzjani Ghawdxin ghandhom l-ghazla li jaghmlu uzu minn dan is-servizz fuq bazi regolari jew meta jigu bzonn, bhal per ezampju meta l-carers ta' l-anzjani, li generalment ikunu l-ulied, jkunu jridu jiehdu vacanza.

L-inawgurazzjoni ufficjali ta' dan is-servizz saret fil-Kumpless tal-Moviment Azzjoni Socjali f'Ghajnsielem, Ghawdex. F'diskors qasir, Mons. Fortunato Mizzi, fundatur tal-Moviment Azzjoni Socjali, irringrazzja lill-Ministeru ghal Ghawdex u l-Hbieb tal-Morda u l-Anzjani f'Ghawdex li ssiehbu mal-Moviment Azzjoni Socjali sabiex l-anzjani Ghawdxin jkunu jistghu jgawdu minn dan is-servizz. Dr Giovanni Pace, ic-Chairman tal-Hbieb tal-Morda u l-Anzjani f'Ghawdex, qal illi din l-ghaqda kienet ilha tohlom u tippjana li tibda dan is-servizz, li kien possibli li jinghata biss permezz ta' shubija bejn it-tlett partijiet involuti.

Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, qalet illi din l-inizjattiva setghet issehh biss permezz ta' hidma u ftehim sabiex jingabu flimkien ir-rizorsi tal-Ministeru ghal Ghawdex ma' dawk ta' zewg ghaqdiet mhux governattivi attivi hafna fil-qasam socjali f'Ghawdex. Il-Ministru Debono qalet illi din is-sena kienet wahda ferm impenjattiva fil-qasam ta' l-anzjani t'Ghawdex, permezz tal-ftuh ta' Day Centre fuq bazi regjonali, permezz ta' shubija ma' tnax-il Kunsilli Lokali Ghawdxin u l-Caritas fi hdan il-Kurja ta' l-Isqof,l-introduzzjoni ta' l-Universita' tat-Tielet Et'?, seminar organizzat flimkien mal-Focal Point Nazzjonali u l-introduzzjoni ta' dan is-servizz tal-Platt Shun. Il-Ministru ghal Ghawdex semmiet ukoll li fi Frar li gej ser jibdew jigu offruti ghall-ewwel darba Pre-Retirement Courses.

Wara c-cerimonja ta' l-inawgurazzjoni, il-Ministru ghal Ghawdex flimkien ma' Mons. Fortunato Mizzi u Dr. Giovanni Pace qassmu l-ewwel Meals on Wheels f'Ghawdex lill-anzjani fi djarhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow